Demgħat tal-Milied u dmugħ tal-kukkudrilli

tears

Jixterdu ħafna demgħat  f’dawn il-ġranet. Id-diskorsi li jsiru jemfasizzaw il-ħtieġa tas-solidarjetà ma min għaddej minn tbatija. Il-Papa Franġisku emfasiżża t-tbatija tal-Insara ippersegwitati f’Mosul kif ukoll dak li għaddejjin minnu minoritajiet etniċi f’diversi partijiet tad-dinja.

Ankè l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca f’messaġġ imqanqal tkellmet kontra l-faqar. Huwa immorali, qalet il-President, li nibqgħu siekta meta nkunu iffaċċati b’theddid għall-ħajja u attakki kontra d-dinjità umana.

Id-diskorsi tal-Papa u  tal-President ta’ Malta f’Jum il-Milied inisslu demgħat ġenwin,  demgħat li jirriżultaw minn solidarjetà. Imma jgħaddu ftit ġranet (jekk mhux ftit siegħat) u ħafna jinsew kollox.

Id-demgħat tal-Milied ta’ uħud malajr isir dmugħ tal-kukkudrill. L-ispirtu tal-Milied hemm bżonnu ghal 365 ġurnata, kontinwi u bla waqfien.crocodile tears4

One comment on “Demgħat tal-Milied u dmugħ tal-kukkudrilli

  1. Hekk hu !
    Nahtaf din l-okkazjoni sabiex nizzik hajr ta hidma tieghek ghall gid tan-nies. Hidma sfieqa li mhux dejjem tigi apprezzata kemm jisthoqqilha.

    Fuq livell personali nirringrazzjak ukoll…..u nawgura lilek u lil famijla tieghek sena mimlija gid, sahha, u fuq kollox sliem.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s