Diversi, fosthom il-maltarightnow.com qed jispekulaw li ser issir reshuffle fil-Kabinett dal-waqt biex jinħoloq post ħalli jerġa’ jinħatar Manwel Mallia bħala Ministru.
Dan hu possibli li jsir. Imma waħda mir-raġunijiet li qed tissemma biex tiġġustifika għaliex ser ikun hemm reshuffle hi l-post Malti fil-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropeja fil-Lussemburgu.
Preżentement hemm Louis Galea, li kien inħatar f’Mejju 2010. Qablu kien hemm Josef Bonnici li dam fil-ħatra bejn Mejju 2004 u Mejju 2010, jiġifieri sitt snin. Dan ifisser li l-ħatra tal-Louis Galea hi għal sitt snin. Allura l-ħatra mill-Gvern Malti tas-suċċessur ta’ Louis Galea ma tidħolx fis-seħħ f’Mejju 2015, iżda f’Mejju 2016.
Ovvjament jekk ser issir reshuffle dal-waqt mhiex ser issir minħabba s-suċċessur ta’ Louis Galea!