Ftehim bla snien

 

 COP 20 Lima

Il-ftehim li ntlaħaq f’Lima fil-konferenza organizzata mill-Ġnus Magħquda dwar il-klima hu wieħed bla snien. Din hi r-rejalta’ : il-ftehim hu wieħed li ma jorbot lil ħadd. Il-ftehim li ntlaħaq f’Lima jitlob lill-pajjiżi differenti biex ikunu huma li jagħmlu dikjarazzjoni dwar kemm iridu jew jixtiequ jnaqqsu l-emmissjonijiet.

Uħud qed jittamaw li meta jiġabru flimkien id-dikjarazzjonijiet tal-pajjiżi differenti dawn ikunu jistgħu jservu ta’ bażi għal ftehim finali f’laqgħa internazzjonali oħra dwar il-klima li għandha issir f’Pariġi s-sena d-dieħla.

Il-fatt li ċ-Ċina bdiet tiċċaqlaq dwar il-materja jista’ jservi ta’ inkoraġġiment li wara kollox jista’ jintlaħaq ftehim ġdid fl-2015.

Il-ftehim li ntlaħaq hu wieħed dgħajjef għax mhux ibbażat fuq obbligi li jistgħu jitkejlu. Imma forsi hu dan li għamel il-ftehim ta’ Lima possibli. Għal uħud dan hu l-ewwel pass. Imma jekk ma jseħħux passi oħra jista’ ma jkun jiswa’ xejn.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s