Ostakli għall-Ombudsman

Ombudsman

 

Ir-rapport annwali tal-Ombudsman għas-sena 2013 għadu kif ġie ippubblikat riċentement. Ma nafx għalfejn hu miktub bl-Ingliż. Kopja tar-rapport għaddiet lill-Ispeaker tal-Parliament fil-bidu ta’ dan ix-xahar.

L-uffiċċju tal-Ombudsman issa ilu mwaqqaf mill-1995, għoxrin sena. Nistgħu ngħidu li dan l-uffiċċju għandu r-rwol ta’ kuxjenza tal-amministrazzjoni pubblika. Iservi ta’ gwida biex ikun assigurat li s-servizz li l-pubbliku jingħata jkun l-aħjar possibli.

L-Ombudsman hu uffiċjal tal-Parliament u illum il-ġurnata jinkludi s-servizz ta’ tlett Kummissarji f’oqsma speċjalizzati (Edukazzjoni, Saħħa u Ambjent/Ippjanar). Is-sena li qed jirrapporta dwarha hi l-ewwel sena li fiha qed ikun ikkonsolidat is-servizz ta’ dawn il-Kummissarji Speċjalizzati li jafu l-bidu tagħhom għall-polemika dwar l-Uffiċċju tal-Verifika tal-MEPA lejlet l-elezzjoni ġenerali tal-2008.

L-Ombudsman fir-rapport tiegħu jemfasizza l-ħtieġa li jkun dejjem ċar dwar id-dritt ta’ aċċess taċ-ċittadini kollha għall-uffiċċju tiegħu u dan biex ikun possibli għalihom illi jitolbuh illi jeżamina l-mod kif huma qed ikunu effettwati mill-amministrazzjoni pubblika.

F’dan is-sens l-Ombudsman jirrapporta dwar żvilupp inkwetanti.  Il-każ tal-ilment dwar il-promozzjonijiet fl-Armata għadu pendenti. L-ex Ministru Mallia kien oġġezzjona li tingħata l-informazzjoni biex l-Ombudsman ikun jista’ jagħmel l-investigazzjoni. Qed jingħad li hemm kunflitt bejn żewġ liġijiet: dik tal-Ombudsman u dik dwar l-Armata. Dan kliem li ilu jingħad żmien mhux ħażin.

Issa li hemm Karmenu Abela,  Ministru ġdid flok Manwel Mallia, ikun xieraq lid an il-kapitlu jingħalaq darba għal dejjem.

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s