Toni Abela f’Xarabank

Toni Abela

Waqt Xarabank tal-bieraħ il-Ġimgħa suppost li ġie diskuss il-każ Manwel Mallia.

Għal diversi drabi waqt il-programm Toni Abela Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għoġbu jsemmi dak li ktibt jiena dwar il-każ. Għandu kull dritt li jagħmel dan, għax dak li nikteb jiena fuq dan il-blog huwa pubbliku u kulħadd għandu dritt jikkummenta u jikkritika dak li nikteb dwaru.

Minn dak li qal Toni Abela kien ovvju li qed jirreferi għall post intitolat Lil hinn minn Manwel Mallia.

Toni Abela ikkwota ftit b’mod żbaljat mill-post tiegħi tant li min semgħu seta fehem li jiena għidt affarijiet ħafna differenti minn dak li fil-fatt għidt.

Naħseb li tajjeb illi nfakkar illi dwar il-każ ktibt mat-13-il post fuq dan il-blog. Repetutament argumentajt li kien ikun għaqli għal Manwel Mallia kieku irreżenja mill-ewwel ma sbieħ l-20 ta’ Novembru 2014, mhux għax għamel xi ħaġa ħażina imma biex jerfa’ ir-responsabbilta’ politika għall-persuni ta’ fiduċja (persons of trust) li kellu madwaru. Hekk jagħmlu l-politiċi serji.

Il-Partit Laburista permezz tal-mexxej tiegħu żbalja meta dam biex iddeċieda x’għandu jagħmel. Għax il-konklużjoni tal-inkjesta mit-tlett imħallfin ma iddeterminatx ir-responsabbilta politika. Fiċ-ċirkustanzi imma l-inkjesta ħasset il-ħtieġa li tfakkar kemm lill-PN kif ukoll lill-PL li għandhom ħabta kif meta jkunu fl-Opposizzjoni jitkellmu favur il-ħtieġa li jqegħdu fil-prattika kultura ta’ responsabbilta politika imma hekk kif ikunu fil-Gvern jinsew kollox. Dwar dan Toni Abela ġustament qal waqt Xarabank li l-inkjesta ġibdet widnejn iż-żewġ partiti.

Fil-waqt li l-Gvern dam ħafna biex iddeċieda, huwa tajjeb li nirrikonoxxu illi d-deċiżjoni li Manwel Mallia jispiċċa minn Ministru kienet deċiżjoni tajba. Imma l-fatt li damet ħafna ma ittieħdet kien żball li kompla għamel il-ħsara lill-politika f’Malta.

M’għandix dubju li Toni Abela jaqbel ma dan ukoll. Imma dan x’naħseb jien!

Advertisements

3 comments on “Toni Abela f’Xarabank

  1. Jekk naghmlu paragun PN/PL insibu, minghajr dubju, li d-dnubiet tal-PN f’dan ir-rigward huma aktar fin-numru u aktar serji minn dawk tal-PL – Querioz, Zeppj l-Hafi, gideb mill-kap, skandli u korruzzjoni kullimkien u f’kollox (sahha, energija, trasport, etc).
    Il-PL seta’ dam ma ha d-decizjoni izda l-PN qatt ma ha decizjoni simili anke fuq affarijiet hafna aktar serji. Pjuttost il-PN jippreferi jahli z-zmien u jinheba wara subajh billi jivvinta ‘presidential pardon!’ Naturalment, I’d-dnub tal-PL JIDHER hafna akbar ghax, s’issa, il-partit, immexxi minn JM, huwa ‘bla tebgha!

    • F’dan l-istadju ma jinteressanix il-paragun bejn il-PN u l-PN. Il-PN fil-Gvern għamel ħafna żbalji (żgħar u kbar) u meta kien il-mument opportun dawn l-iżbalji ikkritikajthom. Issa fil-fehma tiegħi il-punt hu Manwel Mallia.

  2. Skuzani Izda l-kumment tieghi kien minhabba li int Ikkwotajt ” … li tfakkar kemm lill-PN kif ukoll lill-PL li għandhom ħabta kif meta jkunu fl-Opposizzjoni jitkellmu favur il-ħtieġa li jqegħdu fil-prattika kultura … ” Allura l-punt, fil-fehma tieghi, ma baqax biss Manwel Mallia!
    Toni Abela ma setghax ikun aktar onest u preciz: ” … l-inkjesta ġibdet widnejn iż-żewġ partiti.” Nawguralek li meta l-AD jkollha sehem fit-tmexxija tal-pajjiz dan jibqa’ miftakar!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s