Lil hinn minn Manwel Mallia

Manwel Mallia 11

Id-dibattitu tal-bieraħ fil-Parlament kien, fil-fehma tiegħi, wieħed fqir. Kif kien mistenni l-linja ġenerali tal-Gvern kienet waħda difensiva: għax ma tarawx x’għamiltu intom? Fiċ-ċirkustanzi, għal darba, hemm ftit validita’ f’din il-linja ta’ argumentazzjoni.  Għax jekk irridu inkunu onesti, l-Opposizzjoni Nazzjonalista hi l-inqas fil-pajjiż li tista’ titkellem fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-responsabbilta’ politika.

Il-ħtija unika tal-Gvern hi li mexa bil-mod u li dam biex iddeċieda. Imma min-naħa pożittiva hu fatt li Ministru tneħħa bħala riżultat ta’ dak li ġara. Dan qatt ma ġara sal-lum u l-fatt li fl-aħħar ġara huwa importanti ħafna għall-politika Maltija.

Joseph Muscat kaxkar saqajh biex ħa din id-deċiżjoni. Nifhmu. Għax fehem li l-konsegwenzi  tad-deċiżjoni imorru lil hinn minn l-ex Ministru Manwel Mallia u dak li kien Aġent Kummissarju tal-Pulizija Raymond Zammit.

Il-konsegwenzi huma fit-tul. Huma konsegwenzi fuq is-sistema politika ta’ żmien il-ħaġar li għandna f’pajjiżna.

Mill-kummenti hu ċar li bosta għad ma fehmux eżattament x’ġara. Biż-żmien jifhmu ukoll.

Li l- politiku jkun kapaċi jerfa’ r-responsabbilta politika tiegħu, anke’ permezz ta’ riżenja (jekk meħtieġ) mhux sinjal ta’ djufija. Uħud mill-aħjar politiċi fl-Ewropa kellhom jirriżenjaw propju għalhekk. Ħarsu ftit lejn Willy Brandt, Kanċellier Soċjal Demokratiku tal-Ġermanja (tal-Punent) jew lejn Francesco Cossiga, Ministru tal-Intern tal-Italja, it-tnejn fis-snin 70.

Minkejja l-bosta kummenti  negattivi li ntqalu matul dawn l-aħħar ġimgħat, fl-aħħar għandna lkoll nirrikonoxxu li d-deċiżjoni ta’ Joseph Muscat li jneħħi lil Manwel Mallia minn Ministru kienet waħda tajba.  Kien ikun aħjar kieku irriżenja minn rajh, ħafna qabel. Imma għadna qegħdin nitgħallmu. Bil-mod u bl-iżbalji.

Anke’ jekk dam biex iddeċieda, Joseph Muscat għandu mertu li fl-aħħar kien kapaċi jieħu din id-deċiżjoni. L-ikbar mertu imma huwa tal-media Maltija u tal-opinjoni pubblika. Grazzi. Huwa b’dawn id-deċiżjonijiet li nimxu l-quddiem.

Advertisements

One comment on “Lil hinn minn Manwel Mallia

  1. Artiklu pozittiv fi zminijiet ta’ bidla radikali politika gewwa pajjizna.

    Huwa krudili u mxajten li tghajjar lil PM “dghajjef” ghax mexa kif suppost u kif xtaqet l-opinjoni pubblika, inkluza dik ta’ l-Oppozozzjoni, u ha decizjoni li qatt ma ttiehdet qabel. Il-bidla tassew qed issehh u l-politika qed titnaddaf!
    L-attakki personali kontrih minn ghand il-Kap t’ l-Oppozizzjoni biex jipprova “jsallbu” juru li t-tmexxija tal-PN marret ghall-aghar u saret aktar malizzjuza.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s