Tard il-bieraħ fil-għaxija is-sit elettroniku tal-PN ippubblika l-audio ta’ żewġ telefonati oħra li fihom ix-xufier tal-Ministru Mallia iċempel lill-Control Room tal-Pulizija fid-Depot tal-Furjana.
L-informazzjoni mill-PN ġejja bis-sulluzzu. Qatra qatra. Bil-biċċiet. Fl-aħħar ftit ħin siegħat qabel ma jkun konkluż ir-rapport tal-inkjesta.
Fl-ewwel telefonata jinstemgħu tiri ta’ revolver li qed jingħad li huma it-tiri sparati mix-xufier ta’ Mallia fuq dak li ġie deskritt bħala l-Iskoċċiż. Fit-tieni telefonata jinstema jgħid li ħarablu darbtejn!
Fit-tieni telefonata jinstema’ jhedded lix-xufier l-ieħor waqt li fl-ewwel telefonata x-xufier jgħid li kellu lill-Ministru miegħu. Informazzjoni li tikkuntrasta ma dak li kien magħruf s’issa.
Għax s’issa l-informazzjoni kienet illi l-Ministru Mallia kien fid-depot tal-Pulizija l-Furjana waqt il-ħin tal-isparatura.
X’taħwid. X’ġara eżattament?
“X’taħwid. X’ġara eżattament?” Issa tghidilna l-inkjesta. Mela m’ghadniex nemmnu li, moralment, ma nistghux nixlu u nikkundannaw fl-istess hin? Tghid is-“sulluzzu” tal-PN huwa ‘editing” u mpoggi ‘out of context?’ Ma tkunx l-ewwel darba! Ghandhom habta tal-PN jaghmlu plejtu fuq incident ta persuna/persuni mill-kamp tal-PL biex itebbghu u jhammggu lil PL u lis-segwaci. Kellhom kap li gideb sfraccatament lejliet elezzjoni generali u gie kkundannat mill-Qorti, wara l-elezzjoni! Hekk jghallmuhom lill-partitatri tatghhom. Din hija “politika!”