Manwel Mallia u s-saba’ fuq il-grillu

finger on the trigger

 

Hemm mument fil-politika meta l-politku jkollu jerfa’ r-responsabbilta politika għal dak li għamel ħaddieħor.  Wieħed minn dawn il-mumenti ċari, għalija, huwa meta jiżbaljaw dawk il-persuni ta’ fiduċja li l-politiku jaħtar madwaru.

Huwa mument diffiċli ħafna fejn il-kuxjenza tal-politiku responsabbli tiddettalu dak li għandu jagħmel.  Il-kuxjenza tal-politiku f’ċirkustanzi bħal dawn jew taġixxi waħedha inkella tqum mir-raqda, jekk tkun xprunata mill-opinjoni pubblika.

Din hi is-sitwazzjoni li qiegħed fiha Manwel Mallia.

Fl-opinjoni tiegħi hu meħtieġ li jifhem illi anke jekk ma kienx is-saba’ tiegħu fuq il-grillu tal-arma tax-xufier-pulizija tiegħu xorta għandu responsabbilta’ politika għal dak li ġara. Għax ix-xufier-pulizija hu persuna tal-fiduċja tiegħu.

L-inkjesti u l-logħob bil-kliem f’dan l-istadju m’huma ser isolvu xejn. Jekk irridu infittxu insibu bosta eżempji ta’ politiċi li mxew sewwa għax irreżenjaw u ta’ oħrajn li mxew ħażin għax ma warrbux. Eżempji li insibuhom kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Manwel Mallia jifforma parti minn Gvern li ddikjara bla tlaqliq li jrid imexxi l-quddiem politika differenti. Politka responsabbli.

Jekk irid ikun onest mal-kuxjenza tiegħu Manwel Mallia m’għandux wisq ta’ għażla x’jagħmel. Triq waħda hemm, li jirreżenja.

Advertisements

2 comments on “Manwel Mallia u s-saba’ fuq il-grillu

  1. Fejn kien hemm politici f’Malta li rrizenjaw minhabba xi impjegat li zbalja? Kieku kull min hu risponsabbli minn haddiema kellu jirrezenja ghax xi hadd minnhom jizbalja, kieku irrezenjaw hafna Papiet, hafna Isqfijiet, u nispiccaw minghajr managers/diretturi/politici etc.
    Il-haddiem li zbalja qed ipatti ghall-izball tieghu. Ghaliex nitolbu aktar minn daqshekk? Ghaliex naghmlu ‘a mountain out of a molehill’ u nwahhlu fil-Ministru? Mela tassew qed nitilfu l-onesta u r-raguni ghal skopijiet partiggani? Possibbli din hija l-maturita` politika ta’ certi politikanti u cittadini?

  2. Kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista ghandhom rekord sostanzjali ta’ abbuz ta’ poter. Il-lista hija twila hafna u m’ghandix ghalfejn naghti dettalji. L-agir ta’ Manwel mhu xejn gdid.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s