Meta il-Partit Laburista ried €5 għal kull vot kull sena

five euroLabour's 5 euro proposal 

source: the price tag of democracy

Id-dibattitu fil-Parlament, f’dawn il-ġranet, dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi hu wieħed li ilu ħafna snin biex isir. Tul is-snin kien hemm ħafna tkaxkir tas-saqajn li ippospona din id-diskussjoni.

Biżżejjed insemmu r-rapport Galdes tal-1995 li dwaru baqa’ ma sar xejn.

Il-bieraħ ġie fi tmiemu l-fażi tat-tieni qari, jiġifieri d-diskussjoni dwar il-prinċipji tal-liġi. Smajna minn kollox. Kien hemm diskorsi utli li bla dubju taw kontribut biex id-diskussjoni tkun waħda matura. Fosthom id-diskorsi ta’ Mario de Marco, Michael Falzon u Owen Bonnici.

Kien hemm ukoll bosta diskorsi li saru għall-gallarija. Ma taw l-ebda kontribut partikolari ħlief li rrepetew il-paroli li ilna nisimgħu. Bl-intenzjoni unika li jiskurjaw il-punti politiċi.

Il-liġi tipproponi limiti dwar x’donazzjonijiet jistgħu jirċievu l-partiti politiċi. Tobbliga lill-istess partiti illi jkollhom verifika tal-kotba kif ukoll tintroduċi miżuri biex il-partiti politiċi jkunu reġistrati.

Alternattiva Demokratika ilha sa mit-twaqqif tagħha fl-1989 titkellem dwar dawn il-miżuri.

Il-liġi preżentment quddiem il-Parlament hi imsejħa liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Iżda titkellem fuq kollox ħlief dwar il-finanzjament tal-partiti. Il-Gvern diġa ddikjara li l-finanzjament pubbliku tal-partiti politiċi mhux fuq l-aġenda għalissa. Qed jgħid li dan il-finanzjament  pubbliku jkun fuq l-aġenda iktar tard, meta tkun bdiet titħaddem din il-liġi u tkun bdiet tagħti l-frott.

Filwaqt li Alternattiva Demokratika dejjem tkellmet favur il-finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat tajjeb li niftakru li sa Marzu 2013 anke l-Partit Laburista kien idoqq din id-diska.  Il-proposta tal-Partit Laburista qabel Marzu 2013 kienet ta’ finanzjament pubbliku ta’ €5 għal kull vot kull sena. Issa l-Partit Laburista bidel il-posizzjoni tiegħu.  Anke l-PN bidel il-posizzjoni tiegħu: sa Marzu 2013 kien kontra l-finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat imma issa mirakolożament hu favur!

M’hemmx serjeta’ da parti kemm tal-Partit Laburista kif ukoll tal-Partit Nazzjonalista għax dawn konvenjentement jibdlu l-veduti tagħom skond jekk ikunux fil-Gvern jew fl-Opposizzjoni.

Li m’humiex jgħidu kemm il-PN kif ukoll il-PL hu li kull sena fil-budget kull wieħed miż-żewġ partiti fil-Parlament jingħataw €200,000 bejniethom. Dawn il-flus ilhom jeħduhom sa mill-1994. Għall-bidu kienu jeħduhom dwar il-ħidma politika tagħhom in konnessjoni mal-Parlament Ewropew. Iktar tard l-applikabilita’ tal-fondi ġiet imwessa’ għall-ħidma internazzjonali tal-Partiti. Dan ifissser li bejniethom il-partiti fil-Parlament s’issa ħadu €4 miljuni. Dawn ukoll huma flus mit-taxxi li dwarhom ma kellhomx diffikulta biex idaħħluhom fil-but.

Jiena ltqajt diversi drabi mal-Ministru Owen Bonnici u miegħu iddiskutejt il-liġi li qed jipproponi. F’isem Alternattiva Demokratika tajtu ukoll proposti dettaljati dwar kif il-liġi proposta tista’ tkun aħjar.  Il-liġi hi pass tajjeb il-quddiem. Imma mhiex biżżejjed. Tista’ tkun ukoll aħjar.

Ċertament li hi ħafna l-bogħod mill-€5 kull sena għal kull vot li l-Partit Laburista kien jipproponi qabel Marzu 2013.

ippubblikat ukoll fuq iNews is-Sibt 15 ta’ Novembru 2014

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s