Il-PN u l-PL jaqsmu bejniethom €4 miljuni mit-taxxi

euros-loads-of-money

Ħafna qabel Marzu 2013, Alternattiva Demokratika kienet favur il-finanzjament tal-Partiti Politiċi mill-istat. Dak iż-żmien anke l-Partit Laburista kien jinsisti li l-istat kellu jiffinanzja lill-partiti politiċi f’Malta.

Qabel Marzu 2013 kien biss il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li kien kontra li l-istat jiffinanzja l-partiti politiċi.

Wara Marzu 2013 il-Partit Nazzjonalista  u l-Partit Laburista bidlu l-fehmiet tagħhom.

Il-Partit Laburista m’għadux favur iżda sar kontra, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista m’għadux kontra iżda sar favur.

Il-PN u l-PL draw jgħaddu ż-żmien bin-nies.

Alternattiva Demokratika biss, bħal dejjem, kienet konsistenti. Kienet favur il-finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat u ma bidlitx il-posizzjoni tagħha.

Il-PN u l-PL iżda jaqblu fuq ħaġa waħda. Sa mill-1994 mit-taxxi tagħna jieħdu €100,000 kull partit kull sena. Jiġifieri l-PN u l-PL diġa qed japplikaw il-finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat imma qed jillimitaw dan il-finanzjament lilhom infushom.

Bejniethom mill-1994 qasmu €4 miljuni.  Rari ħafna nisimgħu bihom dawn il-miljuni.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s