Meta Joseph Muscat jikkopja …………………..

Joseph Muscat 13

 

Il-pass li jmiss, qal Joseph liż-żgħażagħ Laburisti hi liġi dwar id-dikriminalizzazzjoni tad-droga (għall- użu personali).

Kien jagħmel tajjeb ukoll Joseph kieku ipprova jispjegalhom għaliex waqt il-kampanja elettorali li għaddiet ipprova jevita diskussjoni dwar dan is-suġġett. Fil-fatt, sal-lum, l-unika partit politiku  f’Malta li ħa posizzjoni ċara dwar id-dikriminalizzazzjoni tad-droga waqt kampanja elettorali kien Alternattiva Demokratika. Huwa ta’ sodisfazzjoni għaldaqstant li dwar id-dikriminalizzazzjoni tad-droga Joseph jidher li ser jimxi fuq il-passi ta’ AD. Kif wara kollox mexa fuq il-passi ta’ AD dwar id-divorzju kif ukoll dwar il-vot mas-sittax!

Kellu bżonn jimxi fuq il-passi ta’ AD fuq affarijiet oħra ukoll, bħal, ngħidu aħna, l-kmamar tal-Armier u l-kaċċa u tant affarijiet oħra!

Min jaf, forsi jasal ukoll! Għax  anke Joseph  għandu d-dritt li jikkopja.

3 comments on “Meta Joseph Muscat jikkopja …………………..

  1. Mela ma jistghawx tnejn jew aktar minn nies ikollhom l-istess opinjoni? Imma mhux fuq kollox. Dak ma jissejjahx ikkupjar. Kieku tassew il-prim ministru JM jikkopja lil AD kieku lanqas siggu wiehed m’ghandu fil-parlament mhux maggornaza assoluta li qatt ma rajna bhalha!
    Dawn il-kwalitajiet ta’ ragunamenti ma jaghmlux gid lil AD!

    • Hi diżonesta politika li l-Partit Laburista ma inkludiex il-proposta dwar id-dikriminalizzazzjoni tad-drogo għall-użu personali fil-Manifest Elettorali tal-elezzjoni tal-2013 ġaladarba kellu l-ħsieb li jimplimenta din il-proposta.
      Il-bqija jista’ jikkopja kemm irid! Ħadd m’hu ser iżommu.

  2. Meta politikant jew kwalunkwe persuna jiehu idea ta’ haddiehor u jagixxi bhalli kieku kienet tieghu, dak mhu xejn hlief serq; xejn inqas mis-serq tal-art pubblika fl-Armier.

    Kieku flok politikant kien student universitarju li jisraq idea ta’ haddiehor, ikun hati ta’ dak li jissejjah plagiarism u jinghata marka ta’ zero.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s