Il-qrun tal-politiku

Monica and Bill

 

Bħalissa hawn ħafna stejjer dwar il-qrun. Hawn min jiddeletta li jkun jaf il-qrun ta’ kulħadd. Jieħu pjaċir ixandarhom. Il-mistoqsija ta’ dejjem hi jekk il-qrun tal-politiku hux ta’ interess pubbliku.

Uħud minn dak li qed jixxandar bil-kitba jew fuq il-medja soċjali ilu li xxandar fl-aħbarijiet trasmessi fil-widnejn. Jiġifieri dak li qed jitperreċ illum ilu magħruf għal numru ta’ nies.

B’mod ġenerali l-ħajja privata tal-politiku m’hi affari ta’ ħadd. Mhux kulħadd jaqbel ma dan għax hemm min jidhirlu li min hu fil-ħajja pubblika jirrinunzja għal kull forma u xorta ta’ privatezza. Naħseb li dan m’għandux ikun.

Pero’ nifhem li hemm ċirkustanzi li f’kunflitt bejn il-privatezza u l-interess pubbliku dan ta’ l-aħħar għandu jirbaħ. Id-diffikulta hi dwar meta jkun fl-interess pubbliku li issir invażjoni tal-privatezza. Min irid ifettaq dejjem isib xi ħaġa biex biha jiġġustifika l-invażjoni tal-privatezza.

Imma l-affarijiet mhux sempliċi daqshekk.

Dejjem huma meħtieġa provi li ma jħallu l-ebda dubju li hemm interess pubbliku. Fost affarijiet oħra, per eżempju, jekk jeżistu provi ta’ abbuż ta’ poter, ta’ misapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi jew ta’ korrużżjoni jiena naħseb li invażjoni tal-privatezza tal-politiku tkun ġustifikata.

Imma l-invażjoni tal-privatezza tal-politiku m’għandhiex issir biex taqta’ l-kurżita’ taz-zekzika.

Allura irridu nistennew u naraw kif ser jiżviluppaw il-libelli li saru iktar kmieni illum dwar il-qrun li ġew imxandra. Naraw jekk dak li ntqal kienx fl-interess pubbliku jew le li jingħad. Huwa biss f’dak il-waqt li nkunu nistgħu ngħidu jekk dak li ġie ippubblikat dwar il-qrun tal-politiku hux ġustifikat jew le.

il-qrunil-qrunil-qrunil-qrunil-qrun

One comment on “Il-qrun tal-politiku

  1. Ma tantx jidher li l-poplu tal “blogs” ser joqod jistenna l-Qorti biex jilhaq il-konkluzjoni
    tieghu. Tobba, “bdiewa”, u Cikku l-poplu, biex ma nsemmux nisa tad-dar bhal maghrufa Donna Camilleri Galea, regina tal-mafia tad-drenagg, diga qed jaghfsu il-pedala, kmieni kemm ghadu kmieni. M’ghandniex xi nghidu, xi gurnali qed jghinu f’din l-intraprisa billi kummenti li fihom xi ftit sens, gejjin mill-liema naha gejjin, ma jgibuhomx.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s