Il-kaċċa fir-rebbiegħa: pass ieħor lejn it-tmiem

No more Spring Hunting

 

Il-bieraħ il-Koalizzjoni kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa permezz ta’ għaxar rappreżentanti tal-għaqdiet li jiffurmaw il-Koalizzjoni ppreżentat t-tweġiba għall-oġġezzonijiet li ġiebu l-kaċċaturi kontra r-referendum li għandu jġib fit-tmiem, darba għal dejjem, tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

It-tweġiba ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Kostituzzjonali. Tittratta argumenti legali dwar dak li issa ilu jingħad żmien.

Issa nistennew li tkun appuntata l-ġurnata meta l-Qorti Kostituzzjonali tisma’ l-każ. Il-liġi dwar ir-referendum torbot lill-Qorti li trid tibqa’ għaddejja bil-każ sakemm tispiċċa tisma’ lil kulħadd. Jiġifieri jekk fil-ġurnata li tkun iffissata biex tinstema l-kawża jkun għad baqa’ x’jingħad, tkompli l-jum ta’ wara u tibqa’ għaddejja hekk sakemm tispiċċa tisma’ dak kollu li jkun meħtieġ. Wara tgħaddi biex tagħti d-deċiżjoni u dan fi żmien xahar.

Mela m’hux il-bogħod il-jum li l-Qorti Kostituzzjonali tieħu deċiżjoni dwar l-oġġezzjonijiet li saru mill-kaċċaturi.

Il-kaċċa m’hiex dritt. Hi attivita regolata. Fil-fatt l-iżjed żmien li teħtieg li tkun regolata hu fir-rebbiegħa meta l-għasafar ikollhom bżonn il-protezzjoni għax ikun ż-żmien li jbejtu.

Huwa preċiżament dan li jrid iwettaq ir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. Jagħti l-ħarsien lill-għasafar fl-iktar żmien tas-sena li jeħtieġuh. Il-jum li fih anke f’Malta nagħtu dan il-ħarsien qiegħed joqrob: il-jum li fih il-kaċċa fir-rebbiegħa tispiċċa darba għal dejjem.

2 comments on “Il-kaċċa fir-rebbiegħa: pass ieħor lejn it-tmiem

  1. “Fil-fatt l-iżjed żmien li teħtieg li tkun regolata hu fir-rebbiegħa meta l-għasafar ikollhom bżonn il-protezzjoni għax ikun ż-żmien li jbejtu.” Huwa fatt! Izda l-ghasafar jpassu u li fuqhom hijq allawdjata il-kacca, jghaddu minn Malta biex ibejtu?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s