Fir-Repubblika tal-Aħrax tal-Mellieħa

Armier shanty town

 

Fir-Repubblika ta’ l-Aħrax tal-Mellieħa s’issa ingħata l-messaġġ li hemm liġijiet differenti mill-bqija ta’ Malta.

Filwaqt li f’Malta ma tistax tapplika għal meter tal-elettriku (jew tal-ilma) jekk il-bini fejn tkun trid tistalla l-meter ikollu xi illegalita, dan ma japplikax fir-Repubblika tal-Aħrax tal-Mellieħa. Sa issa min abbuża fl-Aħrax tal-Mellieħa ġie ippremjat. Gvern immexxi mill-PN li kontinwament fittex l-iskużi ħalli jiġġustifika li ma jagħmel xejn.

Fl-Aħrax tal-Mellieħa il-parti l-kbira tal-art hi tal-Gvern u għaldaqstant m’huwiex aċċettabbli li l-awtoritajiet għamlu 25 sena jħarsu ċċassati lejn min abbuża fid-dawl tax-xemx.

Kull ftehim li jista’ jasal għalih il-Gvern ma dawk il-persuni li bnew jew qed jokkupaw il-kmamar illegali fl-Aħrax tal-Mellieħa ikun premju lil min abbuża u jwassal il-messaġġ li l-liġi f’dan il-pajjiż mhiex l-istess għal kulħadd. Mhux aċċettabbli li jingħata l-messaġġ li fl-Aħrax tal-Mellieħa għandhom Repubblika għalihom fejn is-saltna tad-dritt (rule of law) dabet u sparixxiet.

L-art pubblika fl-Aħrax tal-Mellieħa li hi okkupata mill-kmamar illegali u li jsejħu boathouses (bla dgħajjes) għandha tirritorna lura f’idejn l-istat biex titgawda minn kulħadd. Għax id-dritt tal-aċċess għall-kosta hu ta’ kulħadd u m’għandux ikun limitat għal dawk li kkapparraw l-art.

Fl-Aħrax tal-Mellieħa għandhom bżonn jifhmu ukoll li min jikser il-liġi għandu jbaxxi rasu u jsofri l-konsegwenzi ta’ egħmilu. Flok l-iSmart meters il-Gvern għandu jibgħat il-gafef biex ikaxkar u jwarrab l-illegalitajiet. Jekk dan ma jsirx mingħajr iktar dewmien ħadd m’għandu jippretendi li f’setturi oħra u f’lokalitajiet oħra ma jkunx hemm min jippretendi li hu ukoll jagħmel li jrid.

F’Malta, Repubblika waħda fejn il-liġi hi l-istess għal kulħadd, hi biżżejjed.

 

ippubblikat fuq iNews illum l-Erbgħa 29 t’Ottubru 2014

4 comments on “Fir-Repubblika tal-Aħrax tal-Mellieħa

  1. F’25 sena il-PN mhux m’ghamel xejn. Anzi!! Barra li ghamilhom it-toroq, taghhom l-ismijiet, ghaddielhom il-linji tat-telphone u tal-cable, halliehom juzaw Id-dawl u l-ilma, etc. Il-gvern prezenti ikun bahnan jekk wahdu jipprova jibghat gaffa biex iwaqqa’ kull m’hemm. Dan ghandu jsir biss bi qbil ma’ l-oppozizzjoni li ghandha, f’dan il-kaz, terfa’ l-istess responsabilita’! Il-gvern prezenti m’ghandux jissogra suwicidju minhabba l-25 sena ta’ ‘laissez-faire’ u korruzzjoni.

    • Ħa nispjegalek ftit. Meta ngħid m’għamel xejn qed nifhem li ma sar xejn biex irażżan dan l-abbuż. (Dak kien il-kuntest tad-dibattitu pubbliku.)Tat-telephone, dawl u ilma l-istorja bdiet fis-70s u baqgħet għaddejja sal-1992.
      Ma naħsibx li jkun ġust li wieħed jgħid li kien hemm il-korruzzjoni. Li kien hemm hu mismanagement tar-riżorsi pubbliċi. U dan il-mismanagement imur ferm iktar il-bogħod minn 25 sena.

  2. U tinsewx sinjuri……li bhal l-Ahrax, hemm ukoll San Tumas !
    Kultant nithajjar nibda xi haga jien ukoll xi mkien iehor. L-ahjar strategija tkun li ma nahdimiex wahdi……inlaqqa’ 40 familja (tikka robusti u ma jibzghux mill gustizzja) u nibdew nibnu kmamar tat-tri-ply gewwa Selmun, jew qrib il-Mistra. Jekk jitfacca xi hadd b’xi gaffa, nitfghu it-tfal quddiem u nghidu li l-gvern dghajjef mal-huta l-kbira u bully mal-huta z-zghira…….Ghal bidu noqghodu minghajr elettriku imma fi zmien 4 snin nizdiedu bi ftit familji ohra, imbaghad ma nhallux aktar nies jersqu qribna. Noholqu speci ta “numerus clausus”.
    Noholqu wkoll speci ta codici ta komportament sabiex nuru li ahna lesti li nobdu l-ligi u nharsu l-ambjent ta madwarna.
    Fi ftit kliem……noqghodu bravi.

    U bil-pacenzja….u bi ftit bzieq……
    …….inkunu akkwistajna our very own holiday home…….and fcuk the politicians !

    Strategija tajba hux ??

    • Ta’ San Tumas hemm differenza zghir: l-art fil-parti l-kbira taghha hi tal-privat. Jigifieri fil-kaz tal-Ahrax tal-Mellieha il-bini sar bla permess u inbena fuq art tal-Gvern, filwaqt li f’Ta San Tumas il-bini sar bla permess u fuq art privata. Dik l-informazzjoni li ghandi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s