Garanzija biex min seraq, igawdi dak li seraq

Bajja 2.2003 GPullicino jiltaqa' mal-Assocjazzjoni

Fir-ritratt ta’ hawn fuq li hu meħud minn Il-Bajja No.2 ta’ April 2003 jidher George Pullicino, dakinnhar Segretarju Parlamentari, jippoża mal-kumitat inkarigat mill-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa wara waħda mil-laqgħat fejn min seraq l-art pubblika fl-Aħrax tal-Mellieħa ingħata l-appoġġ mill-politiċi li huma eletti fil-Parlament.

Id-dibattitu fil-pajjiż dwar il-kmamar tal-Aħrax tal-Mellieħa kif ukoll (ftit inqas) dwar dawk fil-Bajja ta’ San Tumas ilu għaddej. Min hu kontra, min hu favur u min jiġi jaqa’ u jqum.

Il-każ huwa wieħed li jattakka s-soċjeta demokratika fl-egħruq tagħha. Għax il-messaġġ ċar li ilu jidwi hu li quddiem il-liġi m’aħniex kollha xorta. Fl-Aħrax tal-Mellieħa (L-Armier, Little Armier, it-Torri l-Abjad) u fil-Bajja ta’ San Tumas il-prinċipju tas-Saltna tad-Dritt (r-Rule of Law) idub u jisparixxi.

Min seraq l-art, bniha bla permess u anke seraq l-elettriku ser ikun ippremjat.

Alternattiva Demokratika biss tkellmet ċar kontra dan l-abbuż. Ftehemu kemm mal-Partit Laburista kif ukoll mal-Partit Nazzjonalista. Fil-Gvern għal 25 sena l-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux jerfa’ subgħajh biex iġib sens ta’ ordni. Ipprova darba l-Perit Michael Falzon meta kien Ministru tal-Ippjanar u l-Kabinett bagħtu jixxejjer! Falzon riċentement kiteb fil-gazzetti li dakinnhar tgħallem li l-voti huma iktar importanti mill-prinċipji!

Waqt li l-Perit Michael Falzon ried iwaqqa’ dak li kien illegali, Ministri oħrajn ftehmu ma min b’mod sfaċċat u fid-dawl tax-xemx sfida l-liġi. Dawn dejjem irraġunaw li bl-appoġġ tal-PN u l-PL ħadd ma jista’ għalihom! Fl-aħħar jidher li ser jirnexxilhom.

Il-PN irnexxilu jipproteġihom għal 25 sena sħaħ. Fil-futur qarib il-Labour fil-Gvern jidher li ser jissiġilla din l-sfida kbira għall-liġi u l-ordni fil-pajjiż.

Messaġġ ċar li l-Labour Party ta’ Malta qed jagħti (bl-appoġġ tal-PN). Il-Labour fil-Gvern jiggarantilek li tgawdi dak li sraqt.

Il-lejla fuq Times Talk niddiskuti dan is-suġġett mal-preżentaturi Mark Micallef u Herman Grech u mistednin mill-partiti politiċi l-oħra.

lokalitajiet minn fejn joriginaw dawk li ghandhom il-boathouses f'idejhom 2010

Il-lista ta’ hawn fuq hi estratt minn Il-Bajja Nru 30 ta’ April 2010 u turi l-lokalitajiet fejn joqgħodu dawk li għandhom il-boathouses f’idejhom.

Advertisements

One comment on “Garanzija biex min seraq, igawdi dak li seraq

  1. Jiddispjacini li qed taghmel bhal Konrad Mizzi meta dahhalt fin-nofs l-George Pullicino fil-qwestjoni ta’ shacks ta’ l-Armier. Mela ma smajtux jghid fil-Parlament li hu izjed nadif mill-laburisti kollha fil-Gvern. U meta irrejalizza li dak il-kriterju ma kienx xi wiehed brillanti wisq, irtira dak li qal u sahaq li l-integrita tieghu m’ghandiex bzonn paraguni ghax hi “ta bjuda li tghammex” (hajr lil S. Luqa mhux lil GP).

    Dan kollu apparti, meta George Pullicino kien Ministru ghaddielu minn rasu li jghamel rahal bhan-nies l-Armier, with all mod con, kif jghidu l-Inglizi. Imma fl-ahhar sab li kien irrid wisq flus u m’ghamel xejn. Izda issa, ghax hawn gvern li dejjem kien jghajjar lin-Nazzjonalisti li ghalihom “money no object”, qed jerga jidwi li-istess hsieb fuq “bush telegraph” li jistgha jinkludi wkoll xi “ghaqdiet ambjentali” u nies ohrajn li m’humiex strettament fil-gvern, imma li donnom li jridu jghidru “in a good light” mal-potenzi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s