Konrad Mizzi tfixkel f’ilsienu

Konrad Mizzi

Hemm ħafna x’jeħtieġ li jkun iċċarat fil-kuntratt dwar il-pannelli fotovoltajiċi li ssemma fil-Parlament il-ġimgħa l-oħra mill-Ministru Konrad Mizzi.

Il-kuntratt jikkonċerna t-tqegħid tal-pannelli fotovoltajiċi fuq bini pubbliku. Dan il-kuntratt, li ngħata qabel l-elezzjoni ta’ Marzu 2013, kien jipprovdi biex isir ħlas għall-elettriku ġġenerat  permezz tal-pannelli għal 25 sena bir-rata garantita ta’ 23 ċenteżmu-il unit. Rata li mad-daqqa t’għajn tidher ftit għolja.

Fil-Parlament il-Ministru Konrad Mizzi qal li saret investgazzjoni mill-IAID (Internal Audit and Investgations Department). Il-Pulizija intalbet tinvestiga dak li rriżulta lill-IAID. Din it-talba lill-Pulizija saret  kemm minn Konrad Mizzi kif ukoll minn George Pullicino.

Fid-diskussjoni li issa ilha għaddejja kważi ġimgħa ġew indikati uħud mill-irregolaritajiet. Fosthom dokument “stramb” maħruġ minn Bank Spanjol : document mhux iffirmat. Dan id-dokument kien jiċċertifika li l-kumpanija Spanjola li kienet involuta fit-tender bħala waħda b’saħħitha finanzjarjament. Issa qiegħed jingħad ukoll li l-Bank Spanjol li suppost ħareġ id-dokument kien diġa ġie assorbit minn Bank ieħor meta ħareġ dan id-dokument u li allura, meta suppost ħareġ dan id-dokument ma kienx għadu jeżisti bħala entita’ separata.

Min kellu x’jaqsam mal-produzzjoni ta’ dan id-dokument? Min aċċettaħ bla ma kien iffirmat?

Dawn u ħafna mistoqsijiet oħra forsi jiġu mwieġba mill-Pulizija wara li jkunu investigaw il-każ. Ta’ l-inqas hekk hu ittamat.

Imma hemm ħaġa waħda li ma nistax nifhem. Kif tista’ tinkariga lill-Pulizija biex tinvestiga u bagħad waqt li l-Pulizija tkun għaddejja b’xogħolha tippubblika biċċa mill-istorja waqt dibattitu jaħraq fil-Parlament?

Kien ikun ferm għaqli kieku Konrad għalaq ħalqu sakemm il-Pulizija ikkonkludiet xogħolha.

X’ser jikkonkludu l-Pulizija ħadd m’għandu idea, mhux biss minħabba li l-investigazzjoni għadha fil-bidu imma ukoll għax ir-rapport tal-investigazzjoni oriġinali għadu mhux ippubblikat. Nafu biss biċċiet mill-istorja, l-biċċiet li Konrad ħassu komdu li jisvela. Dan għamlu biex ikun jista’ jattakka lill-avversarji politiċi għax ħassu skomdu ħafna jiddefendi ruħu dwar il-fatt li l-wegħda biex il-Power Station bil-gass tkun lesta sa Marzu 2015 mhux ser tkun imwettqa.

Għalija m’huwiex ċar jekk hux każ ta’ korruzzjoni inkella ta’ amministrazzjoni ħażina. It-tnejn huma ta’ gravita u jeħtieġ li jkunu indirizzati b’severita’. (Dan kollu apparti dak li ġara biex ġie prodott id-dokument mhux iffirmat!) Mill-kummenti li għadda fil-Parlament donnu li Konrad diġa iddeċieda x’ġara u min hu responsabbli!

Is-serjeta’  kienet titlob li l-Ministru jaġixxi b’mod li jħalli lill-Pulizija spazju biex jagħmlu xogħolhom sewwa. Ħaġa li l-Ministru Konrad Mizzi sfortunatament ma kienx kapaċi jagħmel. Konrad tfixkel f’ilsienu.

 

Advertisements

4 comments on “Konrad Mizzi tfixkel f’ilsienu

  1. Ma nahsibx li Konrad Mizzi tfixkel f’ilsienu; aktar probabbli li dak l-attakk kien parti minn tattika miftiemha. Ghax qabel ma tkellel KM tkellem Evarist Bartolo li hareg b’attakk fuq Dr. L Gonzi, fuq materja li bhal dik ta’ KM la kellha x’taqsam mal-power station il-gdida u b’hafna anqas “evidenza” cara ta’ tahwid.

    U fl-ahhar mill-ahhar, ir-responsabilita jew le ta’ Gorg Pullicino f’din l-episodju tal-pannelli ( b’kumbinazzjoni xi ftit jiem qabel id-dibattitu fil-Parliament, waqt xi minuti off air ta’ programm tar-radju RTK semmejt din il-qwestjoni tal-feed in tariff “gholja” ghal ghAL 25 sena lil istess Pullicino. Ma qalx li ma kienx risponsabbli hu; anzi ftahar kemm kienet gusta!) ma tahbiex il-fatt li it-tpacpic ta’ power station f’sentejn kien vojt.
    Forsi heba ftit zewg hwejjeg ohra: li jista’ jkun hemm problema serja bil-qawwa ta’ generazzjoni “zejda”; u “bil-bidla” tal-fornitur tal-LNG. Issa ser jkun ix-Shell. Mill-liema impjant tax-Shell KM ma qalx.

  2. Jekk xi hadd izomm milli jitkellem dwar dak li jaf, ministru jew le, jista’ igi akkuzat bhala komplici. La darba il-kwistjoni hija pubblika u kienet qed tigi diskussa fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz, kien xieraq li l-ministru jghid dak li jaf. Jekk le, ara x’kien jigri kieku tohrog wara li kien jaf b’xi haga u ma qaliex!!

  3. Il-punt kardinali hu li l-PM u Konrad Mizzi kienu weghdu power station tahdem bil-gass sa Marzi 2015. Kulhadd qalilhom li din ma tistax issir fil-perjodu li kienu ddeterminaw huma stess. Mizzi baqa’ jinsisti li “doable” u Muscat kien impenja li rrizenja jekk ma ssirx fiz-zmien li stabbilixxew huma stess. Issa gie konfermat li Mizzi u Muscat kienu zbaljati. Mela l-pass li miss hi l-irgulija.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s