Godfrey Grima u l-Kabinett Nazzjonalista li jmiss

Godfrey Grima

 

Il-Konvenzjoni li l-Partit Nazzjonalista organizza f’dawn il-jiem kien eżerċizzju tajjeb biex il-PN jisma’ ftit.

F’din il-konvenzjoni instemgħu diversi ilħna. Kien hemm l-inċens ta’ nies bħal David Griscti dwar kemm hu iffurtunat il-PN li għandu lil Simon Busuttil. Kien hemm diversi interventi analitiċi bħal dawk tal-Kunsillier ta’ Alternattiva Demokratika fuq Tas-Sliema Michael Briguglio inkella tal-ġurnalista James Debono.

Imma kien hemm ukoll ilħna kritiċi bħal dak ta’ Godfrey Grima.

Minn dak li qrajt, dawk preżenti għall-konvenzjoni ma kellhomx is-sabar li jogħmodu dak li qal Grima. Il-kritika ta’ Godfrey Grima kienet waħda li irreferiet għat-tmexxija ħażina tal-amministrazzjoni immexxija minn Lawrence Gonzi. Jidher li anke Oliver Friggieri irrefera għall-awto-goals tal-amministrazzjoni Gonzi.

Skond l-Orizzont tal-bieraħ, il-kritika ta’ Godfrey Grima nisslet reazzjoni ħażina fost dawk li kienu qed jisimgħu tant li Grima, dejjem skond L-Orizzont, wieġeb hekk: “jiena telliftkom 36,000 vot? Jew min kien qed imexxi tellef lill-PN? Tibqgħux in denial.”

Din iċ-ċaħda li t-tmexxija tal-PN kienet il-kawża ewlenija tat-telfa tal-2013 bl-iżbalji kbar u oxxeni li għamlet, prinċipalment matul id-9 snin ta’ tmexxija ta’ Lawrence Gonzi (2004-2013) insibuha ukoll tidwi fil-blog ta’ Norman Vella li wara li jinsulta lil Grima billi jgħid li kulma hu tajjeb hu biex iservi t-te’ jesklama (b’referenza għal Godfrey Grima u oħrajn) li: “Illum ilkoll nafu kif dawn in-nies daħħlu lill-Gvern Nazzjonalista fil-ħajt.”

Jekk il-Partit Nazzjonalista fi hsiebu jħejji ruħu fuq din il-profondita’ ta’ ħsieb, fil-fehma tiegħi l-Ministri fil-Gvern Nazzjonalista li jmiss għadhom ma tweldux.

Advertisements

7 comments on “Godfrey Grima u l-Kabinett Nazzjonalista li jmiss

  1. Għażiż Carmel, kif taf ħafna drabi naqbel mal-kummentarju tiegħek u llum mhux inqas. Jien ma niċħad assolutament xejn mill-iżbalji li saru minn Gvernijiet Nazzjonalisti tal-passat. Anzi, jien kont nitkellem fuqhom jew niddiskuthom huma u jseħħu u dan int tafu tajjeb. Fil-blog tiegħi jien ma sibt ebda oġġezzjoni għall-argumenti li setgħu kienu kritiċi lejn il-passat u wisq inqas sibt oġġezzjoni għal nies bħal Briguglio u Debono li nafhom bħala nies ġenwini u intelliġenti li żgur jistgħu jagħtu kontribut ta’ ideat, kif filfatt għamlu. Mhux talli ma nsibx oġġezzjoni għal dawn in-nies, talli nimbotta ‘l quddiem l-idea li ntuhom iktar spazju fil-media tal-partit. Dan jien ktibtu wkoll.
    Imma Godfrey Grima huwa każ għal kollox differenti. Dan bniedem b’aġenda li qatt m’għandha tkun l-aġenda ta’ partit politiku li jrid jieħu lilu nnifsu bis-serjeta’. Aġenda mimlija lanzit.
    Insostni l-punt li kienu nies bħal Grima li daħħlu lill-PN fil-ħajt. U daħħluh fil-ħajt għax kienu stmati ta’ allat mill-amministrazzjoni Gonzi li kienet tati bil-wisq aktar piż lilhom milli lili jew lilek. Iż-żmien wera li aħna kellna raġun.

  2. Imma hu minnu li Godfrey Grima (tajjeb biss biex iferra t-te!) kien stmat ta’ alla mill-amministrazzjoni Gonzi? U jekk dan minnu x’jghid fuq il-kapacitajiet ta’ Gonzi?
    U kieku kien stmat ta’ alla Norman Vella ( persuna minghajr “agenda” naturalment) minflok jew, Lou Bondi (imma dan kien stmat ta’ trinita’ u mhux semplici alla) minflok, kienet turi xi kapacita kbira ta’ Gonzi?

  3. I do agree about one thing – Simon Busuttil is not a good leader and he will never change. There are more capable people in the party who could do his job so much better.
    Jason Azzopardi and Mario de Marco seem to be a lot more focused than Simon is.

  4. Li teskludi lil xi persuna minħabba l-passat tagħha f’Konvenzjoni illi kienet intiża biex tiftaħ il-bibien beraħ għall-ideat jiġu mnejn jiġu jkun qed jikkontradixxi l-istess skop tagħha. Godfrey Grima għandu passat kulurit, kien anke ssawwat mill-marmalja fl-era mintoffjana. Bla dubju għandu l-aġenda tiegħu imma l-intelliġenza u l-apprezzament tiegħu tad-dinja politika tagħna m’humiex iddubitati. Imbagħad wieħed jisma u jaqbel fejn irid. Il-problema illi l-bieraħ, meta tkellimt jien, vera li kien għamel il-ħin għax kien wara 1 p.m. imma kont nistenna attendenza aħjar u speċjalment mid-deputati u l-kandidati li kienu skarsi. Ħasra kbira għax il-kontributi kienu kollha pjuttost ta’ livell għoli u taw ħafna food for thought jew kif jgħidu t-Taljani, hanno messo tanta carne sul fuoco. Dan kien eżerċizzju posittiv illi kull partit b’aspirazzjonijiet illi jindirizza l-ħtiġijiet kollha tal-elettorat għandu jwettaq f’intervalli regulari.

  5. Ħadd mill-PN qatt ma qal li l-Gvern Nazzjonalista m’għamilx żbalji. Din li n-Nazzjonalisti iwaħħlu f’ħaddieħor hija qlajja’ tal-PL (li tiegħu jagħtih lil ħaddieħor) u nies bħalek Carm, m’għandhomx jirripetuha.

    Madankollu huwa veru li kien hemm nies ta’ ġewwa li għamlu ħsara lill-PN għal skopijiet eqoistiċi. Safejn naf jien, illum il-PN ħeles minnhom, jew mill-agħar fosthom.

    Godfrey Grima jien ma kontx nistiednu għar-raġuni li ma naraħx bniedem ta’ prinċipju u ma jista jagħti ebda kontribut ta’ min jisimgħu. Persuna irrilevanti.

    Jekk il-PN ried ilħna differenti, li mhux Nazzjonalisti imma lanqas jirrappreżentaw direttament xi partit politiku, kien jagħmel ħafna iktar sens jistiednu lil Michael Briguglio, per eżempju, jew Mark Anthony Falzon.

    • Antoine:

      L-argment qatt ma kien li l-PN jiċħad li għamel l-iżbalji (jista’ jiċħad kemm irid għax hemm qegħdin biex narawhom!).
      L-argument imma kien dak li qal Norman, u ċjoe li dawn in-nies (bħal Godfrey Grima) l-PN fil-Gvern għamilhom allat żgħar u daħħluh fil-ħajt.
      Issa jekk għamilhom allat żgħar m’għandux f’min iwaħħal ħlief fih innifsu. U kif qal Edward Mallia iktar il-fuq, dan jitfa ħafna dawl fuq il-kapaċitajiet (jew in-nuqqas tagħhom) ta’ Lawrence Gonzi!

  6. L-hazin li sar mill-PN fil-gvern hu maghruf. L-importanti li titghallem mill-passat imma sfortunatament il-PN ma qed jaghmel xejn sabiex jigbor il-kredibilita li tilef. Taht PN fil-gvern gew mkabbra iz-zoni ta’ zvilup, wahda mill-aghar decizjonijiet li qatt ittiehdu fejn jirrgwarda ‘land use’. Flok jirrikonoxxu l-‘zball’, imorru jipprotestaw gewwa Attard ghax hareg permess ta’ bini f’art li giet mdahhal fiz-zona ta’ zvillup minn George Pullicino et al dakinhar! Issa iridu jitfaw il-htija fuq haddiehor. Fuq l-Armier…jikkritikaw l-installazzjoni ta’ l-smart meters ( decizjoni hazina minn Dr.Muscat, naqblu), imma inthom f’25 fil-gvern x’ghamiltu sabiex twaqqfu dawn l-illegalitajiet? U illum x’inhi l-posizzjoni ..twaqqawhom jekk tkunu fil-Gvern? Saret norma ghal PN taht Dr.Busuttil li ma jiehdu l-ebda posizzjoni u joqodu fin-nofs halli jfuhu u lanqas jintnu. Ma tafx ‘where you stand’ maghhom. Fuq gay marriages, Armier….etc. Ma tistax toqoghod tilghab bl-intelligenza ta’ n-nies.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s