F’Alternattiva Demokratika ilna mill-2009 li ipproponejna li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jsiru kull 5 snin flimkien ma dawk tal-Parlament Ewropew. Il-Gvern immexxi mill-PN ma kienx qabel u kien iddeċieda li dawn isiru kull 4 snin. Issa l-Gvern immexxi mill-PL qed jaqbel.
Sa hawn tajjeb.
Li għamel ħażin kien il-ħafna tejatrin li rriduċa dak li seta kien djalogu politiku serju f’eżerċiżżju partiġjan. Il-Gvern fil-pubbliku seta mexxa id-diskussjoni aħjar. Fil-privat min-naħa l-oħra nista’ ngħid li jiena u Arnold iltqajna ma delegazzjoni tal-Gvern immexxija minn Owen Bonnici Ministru, flimkien ma Stefan Buontempo Segretarju Parlamentari u Michael Cohen konsulent. Id-delegazzjoni tal-Gvern fid-diskussjonijiet li kellna imxew ħafna aħjar.
Il-posizzjoni tagħna l-AD fissirniha bil-kalma u anke dakinnhar il-Ministru Owen Bonnici kien diġa wera li l-proposta ta’ AD kienet raġjonevoli ħafna.
Issa nista’ ngħid li l-proposta ta’ AD hi riflessa kompletament fid-deċiżjoni li ħabbar il-Gvern. Jiġifieri AD ipproponiet li l-elezzjonijiet tal-2015 isiru fi żmienhom u li dawk tal-2017 ikun posposti sal-2019 flimkien mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, meta jsiru l-elezzjonijiet kollha.
Id-diskussjoni bil-kalma dejjem twassal għal soluzzjoni li anke’ jekk mhux kulħadd jaqbel magħha, tal-inqas tkun raġjonevoli u ġusta.
Kien floku ukoll li smajna lill-Ministru Owen Bonnici jiddikjara li jekk il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi favur li r-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa jsir, dan isir mal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali skedati għal Marzu 2015.
Xejn speċjali. Imma rebaħ is-sens komun.
Huwa ta’ pjaċir għalina f’Alternattiva Demokratika li tajna kontribut biex wasalna għal din id-deċiżjoni.
Prosit……minn zmien ghall-iehor l-Alternattiva Demoklratika, tohrog bi proposti li l-Gvern tal-gurnata, jaddottahom u wara ftit jaghmilhom tieghu…..U GIELI JIEHU L-KREDTU KOLLU HU.
Xi dnub li l-weak point tal-AD tibqa l-inkapacita’ li twassal il messagg taghha b’mezzi tal- media effettivi.
jekk veru isir ir-referendum tant mistenni tal-kacca ma l-elezzjonijiet tal-kunsilli tal-inqas tkun harget xi haga tajjba tassew fl-ahhar!! gbajna issa nistennew, il-firem ilhom li ngabru u kellna iktar milli kien suppost allura l-qorti kostituzzjonali zgur trid taqbel ghax inkella tkun qed tikser il-ligi hi stess!!
Qed noqorbu Lana! Il-process hu twil, imma ghandna nehdu pacenzja ftit iehor.