Joseph Muscat jikkonferma dak li ilna nafu

Joseph Muscat - imhasseb

 

Joseph Muscat iktar kmieni illum ikkonferma li l-Power Station tal-gass f’Delimara mhux ser tibda topera sa Marzu 2015.

Ma qalilna xejn ġdid. Ilna nafu.

Qabel l-elezzjoni tal-2013 Alternattiva Demokratika spjegat diversi drabi kif il-proposta ta’ power station bil-gass ma setgħetx titwettaq f’sentejn. Konna għidna li kien jeħtieġ bejn tlett snin u ħames snin, dejjem jekk isiru l-istudji kollha li huma neċessarji.

L-istudji kollha kif tafu ma sarux, minkejja li l-kelliema diversi tal-Partit Laburista qalulna diversi drabi qabel l-elezzjoni ġenerali li diġa kienu studjaw fid-dettall u bir-reqqa l-proposta. Kienu ġiebulna ukoll kumpanija barranija li ċċertikifkat li kollox sar sewwa.

L-ikbar ċertifikat iżda, tah iż-żmien. Mhux biss għax qegħdin 18-il xahar lura. Imma ukoll għax issa anke’ in-natura qed twissihom.

Il-maltempata ta’ nhar il-Ħadd 5 t’Ottubru hi waħda mis-sinjali l-iktar ċari li l-proċess kollu konness mal-power station tal-gass kien wieħed tad-dilettanti. L-istudju prinċipali nieqes hu dak marittimu (maritime risk assessment). Li kieku sar dan l-istudju kienu jkunu f’posizzjoni li jifhmu dak li hu ovvju: li l-qilla tal-baħar m’hu ser iżommha ħadd b’mod faċli.

Hemm bżonn li jittieħdu diversi miżuri u anke’ dwar dawn qegħdin tard ħafna. Xi darba forsi jirrealizzaw.

One comment on “Joseph Muscat jikkonferma dak li ilna nafu

  1. Gunju 2014 – Il-gvern jghid li l-progett tal-power station qieghed “on track”.
    Gunju 2014 – Il-gvern jghid li l-progett tal-parlament il-gdid qieghed “on track”
    (u wara l-vaganzi tas-sajf kellha ssir l-ewwel laqgha tal-parlament fih) Mejju 2014 – Il-gvern jghid li l-bidla gdida tat-trasport pubbliku qeghda “on track”
    ( U mistennija titnieda lejn Ottubru)
    —————————————————————————–
    Ottubru 2014 – Il-progett tal-power station se jittarja bi ftit xhur !??
    Ottubru 2014- Il-progett tal bini tal-parlament waqa lura u zgur mhux se jkun lest
    ghall din is-sena.
    Ottubru 2014- Il-bidla fit-trasport pubbliku mhux se ssir qabel tmiem din is-sena
    —————————————————————————–
    X’gara matul dan is-sajf ?
    Jaqaw kullhadd raqad fuq xogholu ?
    Jew il-gvern ta Muscat sa fl-ahhar iddecieda li jibda jghid il-verita’ ?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s