Fil-Port Ħieles il-bieraħ waqt il-maltemp

Freeport. vapur jinqala' mill-irmigg

 

Il-maltempata tal-bieraħ għall-ħabta ta’ nofsinhar ħalliet ħsara f’diversi partijiet ta’ Malta.

Fil-Port Ħieles numru ta’ containers waqgħu minn posthom.

Bħala riżultat tal-qawwa tar-riħ, li kien jaqbel, kien hemm vapur li nqatgħulu ċ-ċimi u b’hekk ma baqax marbut sewwa mal-moll. Il-gazzetti online jiddeskrivu dan bħala mument ta’ tensjoni. Fortunatament intervjenew fil-ħin il-laneċ tal-irmonk u l-vapur reġa’ intrabat mal-moll.

Mhux l-ewwel darba li nqala’ dan it-tip ta’ incident.  Il-qawwa tar-riħ u s-saħħa tal-mewġ mhux diffiċli li tkun ferm iktar minn dik tal-bieraħ.

Xi darba, fil-viċin, madwar 700 metru l-bogħod mill-vapur li nqatgħulu ċ-ċimi, suppost li  ser ikun hemm t-tanker bil-ħażna tal-gass għall-użu tal-power station il-ġdida. Jekk vapur fil-Port Ħieles jinqatgħulu ċ-ċimi kompletament mhux impossibli li l-qawwa tar-riħ u l-mewġ iħabbtu b’saħħa ġot-tanker bil-ħażna tal-gass.

Dan huma affarijiet tal-biża’ li minkejja li tkellimna dwarhom ma ittieħdux in konsiderazzjoni meta l-MEPA ħadet id-deċiżjoni dwar il-power station.

L-istudju marittimu dwar il-Bajja ta’ Marsaxlokk, kieku sar, seta jitfa dawl fuq dawn it-tip ta’ inċidenti. Dawn huma inċidenti li ġraw fil-passat u li jibqgħu jiġru.

One comment on “Fil-Port Ħieles il-bieraħ waqt il-maltemp

  1. Kieku jien membru tal-bord tal-MEPA li approva dina d-deċiżjoni mgħaġġla minħabba pressjoni politika, ninkwieta. Il-possibilità ta’ diżastru ambjentali huma remoti imma l-konsegwenzi huma katastrofiċi jekk m’hux katakliżmatiċi. Xi tkun ir-responsabilità personali ta’ min ħa tali deċiżjoni f’tali eventwalità, speċjalment meta ma sarx studju ta’ impatt marittimu ?

    Dik l-għaġla kollha biex s’issa x-xogħolijiet għadhom ma bdewx.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s