L-approvazzjoni ta’ Karmenu Vella

Karmenu Vella.pensive

Uħud qed jogħruk jdejhom li Karmenu Vella kien approvat miż-żewġ kumitati tal-Parlament Ewropew li għarbluh.

Kien mistenni li jsir hekk minkejja li uħud kellhom u għad għandhom dubji dwar dan. Huma esprimew dawn id-dubji fil-laqgħat li saru, kemm fil-pubbliku kif ukoll fil-privat.

Il-kritika ndirizzata lejn Karmenu Vella kienet ta’ żewġ tipi.

L-ewwel tip ta’ kritika kienet dik dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu. Fir-realta’ din kienet kritika iktar indirizzata lejn Jean Claude Juncker u l-mod kif huwa qassam ir-responsabbiltajiet bejn il-Kummissarji differenti proposti. Id-diffikulta tal-Membri Parlamentari Ewropej kienet li minħabba li diversi materji ta’ importanza ambjentali ġew assenjati bħala responsabbilta ta’ Kummissarji oħra huma riedu jkunu jafu l-fehma ta’ Karmenu Vella dwarhom. Dan minħabba li bħala membru tal-Kummissjoni Ewropeja Karmenu Vella bla dubju ser ikun mitlub jieħu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwarhom. Allura kien meħtieġ li jkun stabilit x’kienet il-ħegga u l-viżjoni ambjentali ta’ Karmenu Vella. Izda dwar dan ħarġu ferm disappuntati.

It-tieni tip ta’ kritika kienet dwar il-preparazzjoni. Karmenu Vella kellu ħmistax-il jum (biss) biex jipprepara ruħ. Kellu preparazzjoni raġjonevoli dwar is-Sajd u l-Politika Marittima imma l- preparazzjoni dwar l-ambjent kienet waħda ferm fqira.

Imma xorta ġie approvat.

Għaliex sar dan?

L-unika grupp li appoġġah b’mod assolut kien dak Soċjalista. Il-Popolari kellhom riżervi dwar it-tweġibiet li ta’ imma kienu lesti li jagħtuh ċans. Il-Liberali riedu assugurazzjoni dwar l-impenn tal-Kummissjoni kollha favur l-iżvilupp sostenibbli. Il-Greens dehrilhom li ma kienx addattat u fuq kollox li ma kienx ser joħroġ għonqu għall-Ambjent u Sajd jekk ikun ikkonfrontat minn interessi proposti.

Huwa ċar li ġaladarba qablu bejniethom is-Soċjalisti u l-Popolari, Karmenu Vella kellu l-appoġġ tal-maġġoranza fil-kumitati tal-Parlament Ewropew li deher quddiemhom. Wara li s-Soċjalisti iddeċidew li jagħtu l-appoġġ lill-kandidatura ta’ Jean Claude Juncker bħala President tal-Kummissjoni kien ċar li ħlief f’kaz li jinqala’ xi ħaġa gravi m’hu ser ikun hemm l-ebda Kummissarju Socjalista jew Popolari li ma jkunx approvat. Jekk ma jseħħx dan, kull naħa għandha x’titlef. (Nafu li hemm ta’ l-inqas sitt Kummissarji li qegħdin taħt attakk.)

Fil-ġranet li ġejjin irridu naraw kif ser jiżviluppaw il-laqgħat tal-Parlamentari mal-Kummissarji proposti kif ukoll kemm Jean Claude Juncker ser jagħti kaz tal-kritika li saret, lilu u lill-Kummissarji proposti.

Bl-istampa sħiħa d-diskussjoni tkun ferm iktar interessanti.

 

Żieda : 8.20am

Sadanittant il-BBC għadu kemm ħabbar li Jonathan Hill, il-Kummissarju prospettiv nominat mir-Renju Unit għadu ma ġiex approvat mill-Kumitat Parlamentari. Għadhom m’humiex sodisfatti u fil-fatt sejħulu biex jidher mill-ġdid għal iktar mistoqsijijiet il-ġimgħa d-dieħla.

 

Anke l-Kummissarju Spanjol għandu l-problemi biex ikun ikkonfermat. Ara hawn.

 

 

One comment on “L-approvazzjoni ta’ Karmenu Vella

  1. Kritika gusta u ragonevoli li tispjega hafna il-politika, u mhux lat wiehed biss. Kull bniedem ghandu in-nuqqasijiet tieghu u hadd m’hu perfett, inkluz Karmenu Vella. Izda fil-kaz ta’ Karmenu, it-tajjeb jizboq id-difetti u ghamlu sew li tawh ic-cans jipprova lilu nnifsu. Hekk kien sar ukoll ma’ Tonio Borg, izda bil-kontra. Uhud mis-Socjalisti ma kienux kuntenti bil-vizjoni tieghu dwar l-abort u kellu jirrifraza l-pozizzjoni tieghu.
    Il-politika, specjalment dik ta’ l-EU, mhix nadifa izda certi nies jiehdu gost ihammguha aktar milli hi fil-verita u jiggudikaw u jhammgu aktar lill-bniedem milli lill-argument! Hasra! Dan ghliex tghid?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s