Karmenu Vella : wirja fqira ħafna fi Brussels

Karmenu Vella.Brussels 290914

 

Il-wirja ta’ Karmenu Vella illum huwa u jwieġeb il-mistoqsjiet tal-Membri Parlamentari Ewropej kienet waħda fqira.

Mhux biss ma kellux għarfien adegwat tal-oqsma ambjentali, talli ma wera l-ebda ħeġġa jew viżjoni dwar d-diversi oqsma li kien mistoqsi dwarhom. Tant li Claude Turmes, il-membru Parlamentari tal-Ħodor tal-Lussemburgu ħass il-ħtieġa li jsaqsieħ jekk Juncker taħx struzzjonijiet biex ma jikkommettix ruħu.

Tlift il-kont ta’ kemm il-darba ma kienx f’posizzjoni li jirrispondi, ma tax risposta jew qagħad idur mal-lewża. Buzz-words uża kemm trid. Imma meta kien mitlub ikun konkret f’dak li qed jgħid naqas milli jagħmel dan.

Anke dwar id-Direttiva dwar l-Għasafar żelaq meta ipprova jgħid x’għandu f’moħħu Juncker meta taħ l-inkarigu biex jikkonsolida din id-Direttiva u dik dwar il-Habitats. L-ikbar ċertifikat tawhulu l-Birdlife International meta qalu li : I don’t think we can feel reassured in any way by his performance.

Minkejja dan kollu l-Grupp Soċjalista hu sodisfatt u l-grupp tal-Popolari jafu li x’aktarx li ser ikollhom jitwikkew bih, għax hekk ftehmu ma’ Gianni Pitella u Martin Schultz. Inkella Juncker ma jkollux l-appoġġ tas-Soċjalisti!

Imma x’ser jiġri eżatt għadu mhux ċar, għax għad irridu naraw kif ser imorru l-Kummissarji kollha. Imbagħad jibdew jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Nagħlaq b’kumment tal-Greens fil-Parlament Ewropew dwar Karmenu Vella:

Do you think he is suitable for the portfolio he has been assigned?

Not really. He is fully loyal to the political direction that has been outlined by Commission president-elect Juncker. He is capable of lip service on sustainable development (green growth), but did not demonstrate any willingness to take on industry opposition. He lacks commitment and conviction about the issues. It is difficult to imagine him confronting commissioners defending industry interests. He did not come across as a fighter, which is disappointing for one of the most important commissioners for the Greens.

Għall-kummenti kompleti tal-Greens dwar Karmenu Vella agħfas hawn.

 

Advertisements

6 comments on “Karmenu Vella : wirja fqira ħafna fi Brussels

  1. Allura l-Greens u l-Birdlife International biss ghandhomn ragun? Mhux ta’ b’xejn li l-appogg lejn il-Hodor, inkluz f’malta, huwa stagnat!! Ma jhallux spazju ghad-djalogu veru izda kundanni biss, u mhux biss fl-ambjent!!! Forsi dan jissejjah ‘brain pollution,’ li wkoll imur kontra l’ambjent … dak uman!

    • Dr Grech-Attard : ghaliex tippanikja kull meta tisma’ opinjoni kritika? Possibli ghadek ma tghallimtx tisma’ l-opinjoni ta’ haddiehor? Fl-ahhar tittiehed decizjoni. Mhux bil-fors tkun l-ahjar, imma tkun decizjoni li tgawdi l-appogg tal-maggoranza.

      Ghax kif taf il-maggoranza dejjem ghandha dritt li tiddeciedi. L-opinjonijiet differenti imma jibqghu hemm.

      • Ghaliex tghajjirni li nippanikja kull meta nikkritika dak li tikteb inti? Nahseb li int ma tghallimtx tirripspetta l-opinjoni ta’ haddiehor hlief b’mod dispregattiv u personali li jkompli tibghat lil Partit tieghek lura! F’dan il-kaz pingejt bhala ‘fqira’ il-prezentazzjoni ta’ Karmenu Vella, waqt li ma spjegajtx ghaliex hlief bil-kummenti tal-Greens.
        Jiddispjacini li ma tirrispondix etikament lil dawk li ma jaqblux ma’ l-aggettivi tieghek, izda tillejbiljhom bhala panikuzi. Insellimlek.

    • Jien la jien mal greens u lanqas mal birdlife imma l ambjent hu ghal qalbi hafna. Ir risposti u l atitudni ta Karmenu Vella kienu skarsi u xotti. Jien nahseb li hu kien “brain poluted” mil partit li jirraprezenta u biex jipprova jottjeni il kariga. Ir risposti tieghu ma kienux sinciera. Qatt qabel ma smajtu jlissen xi haga dwar il harsin ta l ambjent.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s