Karmenu Vella jipprova jgħaddina biż-żmien

Karmenu Vella + Dom Mintoff 3

 

Meta qrajt it-tweġibiet li Karmenu Vella kiteb għas-sensiela ta’ mistoqsijiet li għamlulu mill-Parlament Ewropew l-ewwel reazzjoni tiegħi kienet li Karmenu Vella qiegħed jipprova jgħaddina biż-żmien. Għax kif tista’ tispjega li membru prominenti tax-Shadow Cabinet ta’ Alfred Sant ma jaqbilx mal-Kap tiegħu fuq l-issue tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja u ma jiftaħx ħalqu?

Qabel illum qatt ma smajt lil Karmenu Vella jgħid x’jaħseb dwar l-Unjoni Ewropeja. Qatt ma smajtu jgħid li jaqbel bħalma qatt ma smajtu jgħid li ma jaqbilx.

Ma nafx kif tippretendi li tkun rispettat jekk tipprova tgħaddi ż-żmien bin-nies.

Karmenu Vella ma qalx li reġa’ bdielu matul dawn il-11-il sena mir-referendum. Ma qalx li kellu riżervi dwar l-Unjoni Ewropeja li biż-żmien iċċara l-opinjoni tiegħu dwarhom. Le. Qal li ivvota favur is-sħubija.

Imma allura meta l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista iddeċidiet dwar il-posizzjoni tal-Partit Laburista fuq l-Unjoni Ewropeja ma jidhirlix li kien hemm il-vot ta’ Karmenu Vella kontra. L-anqas l-opinjoni tiegħu dwar is-suġġett qatt ma nstemgħet la fil-Konferenza Ġenerali u l-anqas tul is-snin.

Kien ikun iktar rispettat Karmenu Vella kieku kellu l-kuraġġ jgħid il-verita’.

Għandi kull rispett lejn kull Laburist li fl-2003 għażel li jivvota kontra s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Naf diversi minnhom. Diversi għadhom isostnu li għamlu sewwa. Uħud tul is-snin bidlu l-opinjoni. Imma għadni qatt ma ltqajt ma Laburist li jiċhad dak li għamel.

Kulħadd għandu d-dritt li jkollu d-dinjita’ tiegħu rispettata. Imma min ma jirrispettax lilu nnifsu kif jista’ qatt jippretendi li ħaddieħor jirrispettah?

Dan huwa l-ewwel kumment tiegħi fuq it-tweġibiet li ta’ Karmenu Vella għall-questionnaire. Ser ikolli nikteb iktar, għax hemm diversi affarijiet li jgħid Karmenu Vella li huwa neċessarju li jkunu mwieġba. Għax ħadd m’għandu dritt li jgħaddina biż-żmien.

Advertisements

3 comments on “Karmenu Vella jipprova jgħaddina biż-żmien

  1. Ma tantx nifhem l-akkuza li Karmenu Vella qieghed jipprova jghaddina biz-zmien. Meta issemma bhala Kumissarju ghall-ambjent, affarijiet marittimi u is-sajd rajt li kellu zewg zvantaggi: l-ewwel u l-izjed car kien li kellu ftit li xejn esperjenza f’dawn il-hwejjeg, u ghalhekk qajla sejjer jaghmel xoghlu tajjeb jekk ma jkollux staff b’sahtu.
    Imma it-tieni zvantagg li rajt jien kien li kif jghidu bl-Ingliz “he has never been known to have stood up to be counted on any subject or policy. a completely colourless apparatchik. Ezattament it-tip ta’ persuna li issa, meta Alfred Sant warrab mill-partit u Joseph Muscat qed ikanta l-glorja tal-UE minn fil-ghodu sa fil-ghaxija, johrog jghid li ivvota favur id-dhul fl-2004. Jekk hux jigdeb jew le ftit tfisser; ghamel x’ghamel il-fatt jibqa li f’sitwazzjoni daqshekk kruciali ghal pajjiz ghazel li jibqa fid-dell tal-partit. X’tiswa persuna bhal dik bhala Commissioner il-bambin biss jaf.

  2. Nistiednek taqra din is-silta mill-Malta Today

    ”In the 2003 referendum, Malta voted in favour of joining the European Union. The then Malta Labour Party, under Alfred Sant’s leadership – today a Labour MEP – rejected the result in which 53.6 per cent voted yes and 46.4 per cent voted no.
    Vella was by then, largely absent from the Labour front-bench, focussed mainly on his directorship inside the Corinthia Group. He only returned back to a visible role after 2008, when Joseph Muscat became leader.
    This absence, and the lack of antagonism he invited during the EU debate, sheltered him from public opprobrium. In 2002, he ignored a party boycott of production house Where’s Everybody – accused by Sant of leading a pro-government agenda on the EU – and took telephone calls at the charity telethon Istrina together with Labour MP Louis Buhagiar. L-Istrina was then produced by the Where’s Everybody team.”

    Il-gimgha li ghaddiet smajt ukoll lill-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici fuq it-tv ighid ghall-ewwel darba li kien mar jivvota kontra fir-referendum kontra d-direttiva tal-partit Nazzjonalista.

    Nahseb li hadd ma ghandu dritt jiddubita s-sincerita ta’ haddiehor anki jekk dan ikun politiku.

    Nahseb ukoll li l-AD (Il-Hodor) mhi qed taghmel servizz lil hadd b’li qed tghid anzi lili personali iktar qed iggeghlni nistmerrihom specjalment bil-pressjoni li qed taghmel biex il-Perit Vella nhar it-Tnejn ikollu l-problemi. Jekk ikollu l-problemi Vella, ikollha l-problemi Malta Sur Cacopardo.

    • Sur Paul Micallef:
      Kif tista’ tgħid li f’Marzu 2003 tkun ivvutajt IVA f’referendum biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja u mbagħad, xahar wara f’April 2003 tikkontesta elezzjoni bil-messaġġ ewlieni jkun LE ghas-sħubija?
      X’għamel fil-Corinthia hu irrelevanti għall-kontradizzjonijiet li hemm bejn id-dikjarazzjoni li ivvota IVA u l-kampanja elettorali li ippreżenta ruħu għaliha biex Malta ma tkunx membru fl-Unjoni Ewropeja.
      Ilkoll għandu jkollna l-kuraġġ tal-konvinzjonijiet tagħna.
      Karmenu Vella għandu kull dritt jibdel l-opinjoni tiegħu dwar l-Unjoni Ewropeja. Ma tkunx dgħajjef meta tibdel l-opinjoni tiegħek. Tkun dgħajjef meta tibża’ tgħid l-affarijiet kif inhuma.
      Fid-dawl ta’ dan għandi kull dritt niddubita dak li qiegħed jingħad.
      Dak li jista’ jiġri lill-kandidatura ta’ Karmenu Vella huwa biss tort ta’ min innominah mingħajr ma ħaseb ftit jekk kienx kandidat addatta.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s