Il-Gvern jiftaħar li ser jarmi l-ilma tax-xita fil-baħar

Malta storm

 

Spikkat l-aħbar il-bieraħ li x-xogħol fuq il-mina ta’ tnax-il kilometru li ser tiżbokka f’Ta’ Xbiex biex ittaffi l-impatt tal-għargħar wasal fl-aħħar.

Din il-mina ser isservi biex fiha jinġabar l-ilma tax-xita li jkun għaddej mit-toroq. Il-parti l-kbira ta’ dan l-ilma ser jintefa l-baħar. Il-Gvern qiegħed jiftaħar li dan l-ilma tax-xita ser jintefa’ fil-baħar.

Tajjeb dan? Dan hu ħela ta’ riżorsi u ma nistax nifhem min kien dak l-għaref li approva li juża’ l-miljuni ta’ euros f’fondi Ewropej biex narmu dan l-ilma tax-xita l-baħar.

Il-parti l-kbira ta’ dan l-ilma tax-xita ikun fit-toroq minħabba li ħafna bini li inbena matul dawn l-aħħar 50 sena huwa mingħajr bir. Għal din ir-raġuni l-ilma tax-xita mill-bjut ta’ dan il-bini jispiċċa fit-toroq jew jintefa’ fid-drenaġġ li għax ma jlaħħaqx ifur fit-toroq ta’ diversi lokalitajiet.

Mela meta l-Gvern (ta’ Gonzi) ta’ bidu għal dan il-proġett kien qed jagħmel tajjeb għall-abbużi li saru mill-industrija tal-bini tul dawn l-aħħar 50 sena. Il-Gvern sikwit jipprietka li min iħammeġ għandu jnaddaf (the polluter pays). Allura għax ma darx fuq min kien responsabbli u ġiegħlu jerfa’ l-konsegwenzi ta’ egħmilu?

Flok ma mexa b’responsabbilta, l-Gvern daħħal idejh fil-but tagħna u mill-kaxxa ta’ Malta kif ukoll mill-fondi Ewropej qed jagħmel tajjeb għall-ħsara kbira li l-industrija tal-bini għamlet tul is-snin.

Din ir-realta’ ma jgħidulkomx biha meta jkunu qed jippużaw għar-ritratti.

Ta' Xbiex storm water

 

 

Advertisements

4 comments on “Il-Gvern jiftaħar li ser jarmi l-ilma tax-xita fil-baħar

  1. Ghandi nifhem li qabel bdew jahdmu fuq dan il progett siewi, saru studji minn esperti u nies ohra biex jiddeciedu l-ahjar soluzzjoni ghal din il-problema x’tista tkun. Parti minn dan il process nahseb li kien jirrikiedi li ssir konsulta mall pubbliku. Jien ma nistax nifhem kif dan kollu wasal f’din id-decizjoni assurda. Biex narmu l-barra tajbin. biex nippruvaw naraw kif nistaw nuzaw rizors bil-ghaqal ghad ma ghandnix idea. Jien kont nissugerixxi li l-ewwel, bl-ilma tax-xita jimlew il- barriri mhux uzati li hemm fl inhawi tal Imqabba u l-Qrendi u nhawi ohra. Jekk dawn id-djar li nbnew bla bir holqu parti mill problema ghala il gvern ma jtihomx parti mil fondi biex dawn ihaffru bir, dawk li jistaw ? Il- Kusilli lokali jistaw joholqu skema fejn l-ilma jingabar u jintuza fil-lokal per ezempju ghat tisqija u hasil tat-triqat. Kullhadd ghandu jhossu responsabbli ta din il problema ghalhekk ghandna nkommplu naraw kif nistaw ntejjbu is-sitwazzjoni. Jekk le nistaw mmorru l-bahar ahna wkoll.

  2. Aħseb ftit li kieku f’kull bitħa tal-iskola, u f’kull pjazza kbira tal-irħula tħaffret ġiebja kbira biex taħżen l-ilma tax-xita. Ilma li bil-barka politika f’dawn l-aħħar snin li għalqet għajnejha u ħalliet, kontra l-liġi, li l-ilma jintrema fit-triq jew fid-drenaġġ. Aħseb ftit kieku kemm kien ikollna aktar minn dan ir-riżors skars. Imma xi kultant naħseb li l-intelliġenza politika tal-pajjiż ma twassalx sa hawn. Is-sur Andrew Said staqsi jekk sarx studju qabel beda dan il-proġett li sejjer jiswa mal-57 miljun €. U żgur li sar studju. Studju fuq kemm sejrin jintrebħu jew jintilfu voti. U l-poplu… miskin iħallas.
    Carm, għandek lista tal-Ministri Maltin li xi darba kienu respnosabbli matul is-snin, minn dan ir-riżors skars?

    • Mill-Indipendenza lil hawn is-segwenti politici (Ministri/Segretarji Parlamentari) kienu responsabbli ghall-ilma:
      1962-66 Guze Spiteri
      1966-71 Carmelo Caruana
      1971-81 Lorry Sant
      1981-83 Karmenu Vella
      1983-86 Lorry Sant
      1986-87 Joe Sciberras
      1987-96 Ninu Zammit
      1996-98 Charles Buhagiar
      1998-2003 Josef Bonnici
      2003-08 Ninu Zammit
      2008-13 George Pullicino
      2013- Konrad Mizzi

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s