Lenti fuq Karmenu Vella: kif jarawh (uħud) fl-Ewropa

Revolving-Door11-300x229

Hemm diversi mill-Kummissarji nominati li mhux ser jieħdu ġost fil-gimgħat li ġejjin. Jidher li ta’ l-inqas hemm ħamsa : l-Ispanjol (Miguel Arias Cañeta), l-Ungeriż (Tibor Navracsics), l-Ingliż (Jonathan Hill), il-Malti (Karmenu Vella) w is-Slovena (Alenka Bratuŝek) li jidher car li dwarhom qed jitlestew il-kanuni fil-Parlament Ewropew u l-kumitati tiegħu.

Illum jiena ser nillimita ruħi għal xi ftit minn dak li qed jingħad fuq Karmenu Vella.

Fil-każ tal-Kummissjoni Ewropeja li jinvolvi l-ex Kummissarju John Dalli, l-Unjoni Ewropeja instamtet. Huwa każ li għadu għaddej, u irrispettivament minn kif ser jispiċċa, għamel ħsara kbira lil kull min kien involut fih.

L-issue hi  l-aċċess mhux trasparenti tal-Kummissarji għas-setturi tan-negozju u l-industrija. Din hi issue taħraq ħafna, u ilha hemm minn ħafna qabel ma faqqa’ l-każ ta’ John Dalli. L-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropeja tħares b’mod suspettuż lejn kuntatti bil-moħbi u mill-viċin bejn il-politiċi u d-dinja tal-business.

Il-Kummissjoni Ewropeja taffronta din is-sitwazzjoni b’żewġ miżuri: bi trasparenza dwar il-kuntatti u b’dik li tissejjaħ revolving door policy.

It-traparenza tintlaħaq billi tingħata pubbliċita kemm lill-fatt li jkunu saru l-laqgħat kif ukoll dwar x’ikun intqal fil-laqgħat infushom.

Il-politika ta’ dan l-imbierek bieb li jdur hi dwar uffiċjali għolja tal-Kummissjoni (Kummissarji u uffiċjali imlaħħqin) li meta jintemm il-perjodu tal-ħatra tagħhom imorru jaħdmu mas-settur privat li qabel kienu jirregolaw (meta kienu Kummissarji jew uffiċjali tal-Kummissjoni). Għal numru ta’ snin wara li Kummissarju (jew uffiċjal) jispiċċa mill-ħatra huwa jeħtieġlu jikseb permess qabel ma jibda impieg ġdid. Dan biex il-Kummissjoni tipprova tnaqqas l-impatt f’termini ta’ lobbying minn ex-uffiċjali tagħha stess.

Il-Corporate Europe Observatory hi NGO li għandha l-funzjoni ta’ kelb tal-għassa dwar il-lobbying fl-Unjoni Ewropeja. Tlett ijiem ilu ippubblikat rapport dwar Karmenu Vella. Ir-rapport hu intitolat : Don’t bet on the Commissioner: the case of Karmenu Vella of Malta.

Fil-bidu nett tiegħu dan ir-rapport jgħid hekk dwar Karmenu Vella;

“He has been a member of the Maltese Parliament since 1976, but that hasn’t prevented him from also holding a variety of external business roles at the same time including within the gambling industry. CEO now argues that these recent outside interests make him unsuitable to be a Commissioner.”

Għal dawk li bejnhom u bejn ruħhom qed jgħidu, “imma dan x’għandu x’jaqsam?” ir-rapport jispjega l-ħajja professjonali ta’ Karmenu Vella tul is-snin imma jżid jikkummenta hekk:

“ ……it is his recent private sector roles which will raise eyebrows most as, between 2007 and 2013, Vella had an extensive relationship with the Betfair group , acting as “non-executive director on the Betfair Maltese Board” to Betfair Holding (Malta) Limited and Betfair Poker Holdings Limited. He also joined Betfair International Plc on 27 January 2012. Betfair is apparently the world largest internet betting exchange and while it started life as a UK business, its first overseas licence was granted in Malta.”

Ir-rapport ikompli:

“For several years, Vella was also chairman of the Orange Travel Group  which is a merger of Maltese travel firms Mondial and SMS Travel. OTG encompasses a number of subsidiaries and associate outbound travel companies, is present in eight countries, and specialises in cruise trips and outbound travel to Malta and elsewhere.”

Ir-rapport tal-Corporate Europe Observatory (CEO) wara li jispjega l-importanza għall-ekonomija Maltija tal-industriji tal-imħatri u tat-turiżmu jagħmel l-osservazzjoni segwenti:

“ In CEO’s view, it is pretty shocking that an MP was able to maintain such outside interests whilst apparently not breaking any rules; even more shocking when this MP was then appointed as Minister for Tourism.”

Wara li jirriproduċi l-kummenti ta’ Karmenu Vella illi meta kien Ministru ma kellu l-ebda konflitt ta’ interess minħabba li l-kumpaniji li fil-passat kellu assoċjazzjoni magħhom ma kellhom l-ebda xogħol mal-Gvern  l-Corporate Europe Observatory tagħlaq ir-rapport tagħha dwar Karmenu Vella bil-kumment segwenti:

“In CEO’s view, it is inappropriate to nominate as a European commissioner a serving politician who has had such recent links to big business. As a very minimum we hope that MEPs who will shortly grill him on his appointment will seek the following commitments from Vella: a commitment to have no professional or private contacts with any of the companies with which he has been involved and / or their lobby representatives, and a promise to refuse all professional and private contacts with the gambling and tourism industries.”

Hu ċar li hemm il-biża’. Il-biża’ hi dwar kuntatti bil-moħbi (lobbying mhux trasparenti). Wara l-każ ta’ John Dalli, hu inevitabbli li Karmenu Vella jitqiegħed taħt il-lenti.  L-ispjegazzjonijiet li jrid jagħti huma bosta.

Hu ċar, għal min irid jifhem, li hemm baħar jaqsam bejn kif inħarsu lejn is-serjeta’ fil-ħajja pubblika aħna l-Maltin u kif iħarsu lejha fl-Ewropa. Il-Corporate Europe Observatory qed jgħid b’mod ċar li dak li f’Malta ma nagħtux kaz tieghu, għalihom hu ta’ importanza fundamentali.  Mhux ser ikun faċli għal Karmenu Vella, anke bir-rieda tajba kollha possibli, li jikkonvinċi, għax il-każ ta’ John Dalli ħoloq pregudizzju kbir fil-konfront ta’ Malta u tal-Maltin li diffiċli ħafna biex jingħeleb.

 

ara wkoll fuq dan il-blog

10 ta’ Settembru 2014 : Ir-responsabbiltajiet ta’ Karmenu Vella fil-Kummissjoni Juncker .

11 ta’ Settembru 2014 : Jean Claude Juncker hu ġurdien xiħ.

12 ta’ Settembru 2014: Kif jista’ Karmenu Vella jitfi s-switch?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s