Jean Claude Juncker hu ġurdien xiħ

Jean Claude Juncker jidhaq

Il-Guardian tal-bieraħ targumenta li bil-ħatriet li qed jipproponi Jean-Claude Juncker qed jibbluffja. Dan tagħmlu f’artiklu intitolat: New European commissioners: Juncker is effectively calling the bluffs.

Il-Guardian isemmi xi eżempji.

Ir-Renju Unit kontinwament jargumenta ma Brussels dwar is-settur finanzjarju: Juncker ħatar Kummissarju Inġliż bl-inkarigu speċifiku dwar is-settur tas-servizzi finanzjarji.

Franza ilha s-snin ma jkollha budget fil-limiti tar-regoli tal-Unjoni Ewropeja. Il-Kummissarju Franċiz ingħata speċifikament dan l-inkarigu u ċjoe biex jinforza ir-regoli tal-Unjoni Ewropeja li l–budget ma jistax ikun fih deficit li jaqbeż it-3% tal-GDP. Il-Kummissarju Franċiż Moscovici innifsu kien Ministru tal-Finanżi ta’ Franza li kiser din ir-regola. Issa għandu l-inkarigu biex jara li dak li għamel hu ma jagħmlu ħadd,  l-anqas Franza!

U xi ngħidu għall-Kummissarju Ungeriż? L-Ungerija għaddejja minn kontroversja wara l-oħra dwar nuqqas ta’ rispett tar-regoli demokratiċi.   Il-Kummissarju Ungeriż ingħata (fost oħrajn) l-inkarigu dwar id-drittijiet ċiviċi. Mhux jistenna li jkollu “hearing” feliċi wisq fil-Parlament Ewropew!

Il-Greċja wieħed mill-pajjiżi li qiegħed fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewropeja: qed jiffaċċja mewġa wara mewġa ta’ immigranti. Ġie ikkritikat dwar nuqqas ta’ osservanza tad-drittijiet umani tal-immigranti. Il-Kummissarju Grieg ser ikollu l-inkarigu dwar l-immigrazzjoni. Bil-partit Nażista Grieg, Golden Dawn ma saqajh, ma tantx għandu biċċa xogħol faċli.

Il-Guardian ma jgħid xejn dwar Malta. Dan il-vojt jimlieh ħaddiehor. Il-website letsrecycle.com f’artiklu intitolat Surprise appointment as Environment Commissioner tippubblika kumment tal-ġurnalista Maltija Caroline Muscat li ser nirriproduċi :

“He has no experience that we know of in the sector at all, so it is a surprise from that point of view. It is therefore hard to say what he will bring to the role. “There are two major environmental issues currently in Malta – fisheries and the hunting of birds. When it comes to hunting, Malta has defied the Directives for a number of years. There are also a lot of big interest groups in fisheries. His [Mr Vella’s] approach is similar to the current Malta government – it is not really about environmental protection.”

X’logħba qed jilgħab Jean-Claude Juncker b’dan l-emfasi u l-kuntrast bejn ir-responsabbiltajiet assenjati lil uħud mill-Kummissarji u l-imġieba tal-pajjiż li ħatarhom? Hi sfida politika fina ta’ Juncker li dwarha għad irridu nisimgħu ħafna iktar. Min jargumenta dwar l-importanza tal-inkarigu li ngħata, mingħajr ma jirrealizza s-sinifikat politiku ta’ dan il-kuntrast għadu ma fehem xejn.

Juncker hu politiku ta’ esperjenza. Kif ngħidu aħna l-Maltin hu ġurdien xiħ.

One comment on “Jean Claude Juncker hu ġurdien xiħ

  1. Naqbel li Juncker gurdien xih. Ta’ min isemmi wkoll l-istruttura tal-Kummissjoni b’numru ta’ Vici Presidenti “jghassu” fuq certi setturi. B’dana kollu jibqa l-fatt li Karmenu Vella la ghandu wisq(?) esperjenza fis-setturi li nghata u l-anqas qatt wera ruhu hlief “an organisation man” fil-politika, bil-malti joqghod fejn ipogguh. Brussels se jkun between the devil (JM et al.) and the deep blue sea (JCJ). Jista jigrilu bhal certu “konkos” ta’ Mater Dei : jitfarrak f’idejk.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s