Ir-responsabbiltajiet ta’ Karmenu Vella fil-Kummissjoni Juncker

Junker + Vella

Jean-Claude Juncker il-President elett tal-Kummissjoni Ewropeja ħabbar ir-responsabbiltajiet tal-Kummissarji l-ġodda, wara ġimgħat ta’ spekulazzjoni dwar x’għandu jagħmel. L-aħħar spekulazzjoni kienet il-bieraħ fil-għaxija fejn Reuters ħabbru format u responsabbiltajiet fil-Kummissjoni li f’ħafna każi, ftit siegħat wara, irriżultaw li kienu l-bogħod mir-realtà.

Ovvjament l-aħbarijiet spekulattivi jkollhom l-skop li jmexxu l-quddiem l-agenda ta’ uħud. Din m’hiex xi ħaġa ġdida. Ġrat ħafna drabi u tibqa’ tiġri. Xi drabi tkun ovvja imma xi drabi tkun sottili ħafna b’mod li ftit jindunaw il-vera skop wara s-suppost aħbar.

Ma kienitx sorpriża li Karmenu Vella ngħata r-responsabbiltà għas-Sajd u għall-Politika Marittima. Imma nistqarr li bħal ħafna kont xi ftit sorpriż bl-inklużjoni tal-Ambjent fil-portafoll tar-responsabbiltajiet tal-Perit Vella. Għax ir-responsabbiltajiet ambjentali huma sostanzjali.

Huwa interessanti ukoll li fl-ittra tal-ħatra ta’ Karmenu Vella iffirmata minn Jean-Claude Juncker hemm spjegat il-motivazzjoni il-għala Juncker deherlu li kellu jġib flimkien l-ambjent mas-sajd u l-politika marittima. Juncker irid jintegra l-ekonomija l-ħadra mal-ekonomija l-blu [l-ekonomija marittima]. Jara l-potenzjal ta’ sinerġija li bl-attenzjoni, responsabbilta’ iffukata w ikkordinata tista’  tagħti kontribut għall-kompetittivita’ tal-Unjoni Ewropeja.

Hi ħatra interessanti li iżda fiha l-potenzjal ta’ diffikultajiet mhux żgħar.

Karmenu Vella ma jidhirlix li semma’ leħnu la dwar il-kaċċa u l-anqas dwar l-insib. Tajjeb, għax issa ser ikollu responsabbilta’ politika għalihom fuq livell Ewropew. Mhux biss, talli fl-ittra tal-ħatra ta’ Karmenu Vella Jean-Claude Juncker identifika id-Direttiva tal-Għasafar u d-Direttiva dwar il-Habitats bħala żewġ Direttivi li jeħtieġu li jkunu eżaminati sewwa u aġġornati għaż-żminijiet tal-lum.

Matul il-ġimgħat li ġejjin Karmenu Vella ser ikun qiegħed iħejji ruħu biex eventwalment jgħaddi mill-għarbiel tal-Parlament Ewropew. Għandu quddiemu sfida kbira f’oqsma li għalih huma relattivament ġodda. Nawguralu li jagħraf li r-responsabbiltajiet tiegħu huma kbar u li jkun kapaċi jerfagħhom.

Ir-responabbiltà tiegħu hi doppja għax bil-ħidma tiegħu irid jagħmel ħiltu biex inaddaf isem Malta li sfortunatament tħammeġ mhux ftit matul dawn l-aħħar sentejn fl-Unjoni Ewropeja.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s