Mater Dei : ir-responsabbiltà ta’ Tonio Fenech hi li tingħata spjegazzjoni

Mater Dei 5

Il-Prim Ministru sewwa qal li r-responsabbiltajiet politiċi dwar Mater Dei jistgħu jistennew.

L-importanza hi li jkun stabilit immedjatament dak li fil-fatt ġara u r-responsabbiltajiet ċivili u kriminali għal dan.

Il-Gvern qed jgħid li l-kwalita’ tal-konkos mhux biss ma tiflaħx biex jinbnew żewġ sulari oħra fuq il-blokk tal-emerġenza, imma li l-konkos hu ta’ kwalita’ tant inferjuri li jitfarrak f’idejk. F’xi gazzetti il-bieraħ il-Ħadd intqal li l-konkos tal-bankini hu ta’ kwalita’ ħafna aħjar minn dak li dwaru saru it-testijiet reċentement.

Min-naħa l-oħra Tonio Fenech qiegħed jgħid li :

“The structures were never designed to carry such loads and Skanska had refused to build beyond two additional floors for safety reasons”.

Issa dan li qed jgħid Tonio Fenech ma jispjegax kollox, imma jirrikonoxxi li l-problema qegħda hemm u li l-politiċi fil-Gvern qabel Marzu 2013 kienu jafu biha.

Tant kienu jafu biha li t-Times stess 4 snin ilu irrappurtat li :

“ ……..government was forced to accept the helipad as it is because the roof of the emergency department had not been reinforced during construction.”

Huwa ċar li l-Gvern li kellna qabel Marzu 2013 jaf iżjed dwar il-każ milli intqal s’issa fil-pubbliku u hemm l-obbligu li dan ikun spjegat pubblikament malajr kemm jista’ jkun.

Minn kif tkellem Tonio Fenech huwa ċar li l-issue ġja ġiet diskussa bejn il-Gvern (pre-2013) u l-kuntratturi. Jidher ukoll li l-Gvern (pre-2013) irrassenja ruħu għas-sitwazzjoni li rriżultat.

Il-mistoqsija hi għaliex? X’ġara eżattament? Meta Skanska qed tigi ikkwotata minn Tonio Fenech li ma rieditx tibni iktar minn żewġ sulari jfisser lir-responsabbilta’ ma kienitx tagħha u tal-kuntratturi. Ta’ min kienet allura?

Tonio Fenech u oħrajn bla dubju għandhom it-tweġibiet għal dan kollu. L-ewwel responsabbilta’ politika li għandhom hi li jagħtu spejgazzjoni.

Skond dak li ser jirriżulta imbagħad wieħed ikun jista’ jikkonkludi x’responsabbiltajiet addizzjonali hemm u min għandu jġorrhom.

Advertisements

One comment on “Mater Dei : ir-responsabbiltà ta’ Tonio Fenech hi li tingħata spjegazzjoni

  1. Din tal-konkos li jitfarrak f’idejk zgur li ma kienetx tapplika ghat-testijiet kollha, ghax kieku l-Accident & Emergency ilu li waqa. Min-naha l-ohra il-fatt li nstab konkos tad-din ix-xorta tfisser haga wahda: li fost ir-responsabilitajiet hemm wahda kriminali!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s