Insellem lil John Camilleri

John Camilleri

 

Insellem lil John Camilleri li miet il-bieraħ kmieni fil-għodu fl-eta ta’ 67 sena.

Sirt nafu 38 sena ilu. Kont għadni fl-ewwel ġranet tiegħi bħala student fl-Università ta’ Malta. John kien technician fil-laboratorji tad-Dipartiment tal-Fiżika tal-Università.  Kienu ftit ġranet wara l-elezzjoni tal-1976 u d-diskussjoni fuq fomm kulħadd kienet dwar il-ħtieġa li l-Partit Nazzjonalista jorganizza ruħu wara t-tieni telfa elettorali konsekuttiva.

John Camilleri kien fuq quddiem biex jara li dan seħħ. Sena qabel kien sar taqlib kbir amministrattiv fil-PN u John kien inħatar l-ewwel Segretarju Organizzattiv tal-PN bl-inkarigu li l-partit jorganizza ruħu b’mod partikolari fl-ibliet u l-irħula ta’ Malta u Għawdex. Dan kien l-ewwel pass għal tibdila mill-qiegħ li kien tant jeħtieġ il-PN.

F’Ottubru 1976 il-ħidma biex jinbidel George Borg Olivier li kienet ilha li bdiet, irrankat u  fil-fatt tlett xhur wara ġie elett Eddie Fenech Adami bħala Kap tal-PN. John kien fuq quddiem nett biex dan iseħħ.

Imma mhux dan biss.

John  Camilleri kien wieħed minn team li rnexxielu jerġa’ jpoġġi r-ruħ soċjali tal-PN f’postha. B’konvinzjoni.

Ma’ John  Camilleri ħdimt fil-qrib meta għal sentejn jiena kont ir-rappreżentant elett tal-istudenti fil-Kunsill tal-Università fil-bidu tas-snin 80. John kien ir-rappreżentant elett tal-ħaddiema mhux akkademiċi tal-Universita fl-istess Kunsill. Niftakar ċar id-difiża li għamilna meta fil-Kunsill tal-Università  tressqet mozzjoni biex ikunu sospiżi l-ħaddiema (akkademiċi u mhux akkademiċi) li ħadu sehem fil-protesta tal-Imnarja f’Ġunju 1982.

Konna 4 biss mill-membri tal-Kunsill tal-Università li ivvutajna kontra dik is-sospensjoni: jiena, John Camilleri, l-Ispiżjar Maurice Debono (lecturer u rappreżentant elett tal-istaff akkademiku – miet xi snin ilu) u membru ieħor tal-Kunsill li kien nominat mill-Gvern li pero’ xorta ivvota kontra din is-sospensjoni. (Niftakar ċar li kien ġie bil-qegħda ħdejja speċifikament biex jurini kif kien qiegħed jivvota – il-votazzjoni kienet sigrieta.)

John kien bniedem mimli enerġija li użaha biex iwassal messaġġ ċar: nibnu soċjeta’ ġdida b’rispett sħiħ lejn id-dinja tax-xogħol.

John insellimlek.

Is-sabar lill-martu, lill-uliedu, lill-ħutu u lill-familjari tiegħu.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s