Riżenja oħra fl-Air Malta…………… għal darba oħra għal raġunijiet personali

air malta brandingRaymond FenechLouis Giordemainaquestion mark

Tħabbret ir-riżenja ta’ Louis Giordemaina, Kap Eżekuttiv tal-Linja Nazzjonali Air Malta, li 9 xhur ilu inħatar flok l-Ingliż Peter Davies.

B’hekk issa l-Air Malta għandha tlett kariġi fit-tmexxija li huma battala: dik ta’ Kap Eżekuttiv, dik tal-Uffiċjal Ewlieni Finanzjarju u dik tal-Kap tar-Riżorsi Umani.

Din ir-riżenja ġiet wara li tlett xhur ilu anke iċ-Chairman ta’ dakinnhar tal-Air Malta Raymond Fenech kien irriżenja ……………. anke hu għal raġunijiet personali. Floku inħatret Maria Micallef li preżentement tokkupa ukoll il-kariga ta’ General Manager tal-kumpanija li tipproduċi l-Coca Cola f’Malta.

Donnu li l-Air Malta hi kalamita għall-problemi personali għax fi spazju ta’ tlett xhur irriżenjaw kemm iċ-Chairman kif ukoll il-Kap Eżekuttiv, it-tnejn għal raġunijiet personali.

Ħa ngħidha ċara. Għalkemm ma nafx x’inhi r-raġuni għar-riżenja kemm ta’ Raymond Fenech minn Chairman kif ukoll ta’ Louis Giordemaina minn Kap Eżekuttiv ma nemminx li r-raguni hi ta’ natura personali. Hemm xi ħaġa oħra li s’issa għadha mhiex ċara u li f’xi ħin jew ieħor bla dubju toħroġ u nsiru nafu biha.

Min imiss?

update

It-Times fir-rapport tagħha ippubblikata ftit wara li ippubblikajt dan il-blogpost qed tgħid li Louis Giordemaina u ċ-Chairman tal-Air Malta Maria Micallef jidher li kellhom xi differenzi. Hu rappurtat ukoll li kien hemm iktar riżenji.

Malajr sirna nafu kemm kienu personali r-raġunijiet għar-riżenja!

Għaliex m’humiex kapaċi jgħidu l-affarijiet kif inhuma, mill-ewwel?

Issa jonqos li nkunu nafu xi ħaġa oħra: dwar xiex kellhom differenza ta’ opinjoni, tant gravi li Giordemaina ħass li kellu jwarrab dwarha?

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s