Mhux Mare Nostrum

immigration05

Iż-żjara fostna tal-Kummissarju Ewropew Cecilia Malmström għandha l-intenzjoni li tiffoka fuq l-immigrazzjoni fil-Mediterran u fuq il-ħtieġa ta’ solidarjeta’ effettiva fl-Unjoni Ewropeja.

Għal min isegwi x’inhu jiġri hu ċar li Malmström taqbel fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropeja tibda terfa’ r-responsabbilta’ għall-immigrazzjoni. L-Unjoni Ewropeja trid terfa’ din ir-responsabbilta’, iżda huma l-pajjiżi membri li għadhom ma jaqblux li dan għandu jsir.

Fi ftit kliem il-problema tal-immigrazzjoni qabel ma tissolva fi Brussels trid tissolva fl-ibliet kapitali tal-pajjiżi li jifformaw l-Unjoni Ewropeja. Biex dan isir il-Gvern Malti jrid jikkonvinċi lill-Gvernijiet individwali. Mhux biżżejjed li jappoġġawna l-Italja, l-Ġreċja u Ċipru. Hemm bżonn ukoll li jappoġġawna l-pajjiżi l-kbar.

S’issa l-Ġermanja, per eżempju ma qablitx li l-immigrazzjoni tibda tkun kompetenza tal-Unjoni Ewropeja. L-anqas r-Renju Unit ma jaqbel ma dan. Għax dawn pajjiżi li jridu illi dwar l-immigrazzjoni jiddeċiedu huma, mhux l-Unjoni Ewropeja.

Biex nitkellmu ċar jekk irridu road-map, jekk irridu solidarjeta’ obbligatorja, jekk irridu strateġija fit-tul, jekk irridu li pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja jkollhom l-obbligu li jieħdu f’pajjiżhom immigranti li jiġu fuq xtutna irridu nifhmu sewwa x’qegħdin ngħidu.  Li qed jgħid il-Gvern Malti – u jiena naqbel ma dan – hu li l-immigrazzjoni ma tibqax iżjed materja li niddeċiedu dwarha aħna fil-Belt Valletta, jew li jiddeċiedu t-Taljani f’Ruma, inkella l-Ġermaniżi f’Berlin. Li qed ngħidu hu li tkun materja li tiddeċiedi dwarha Brussels li jkollha l-jedd li ġġiegħel lill-pajjiżi kollha (bla eċċezzjoni) biex jagħtu daqqa t’id. Ifisser li jkollna politika Ewropeja komuni dwar l-immigrazzjoni.

Din il-proposta tal-Gvern Malti tal-lum kif ukoll tal-Gvern tal-bieraħ hi tajba għax tfisser li l-ġewwa mill-fruntieri tal-Unjoni Ewropeja għandna nerfgħu l-piż ilkoll flimkien, it-28 pajjiż li niffurmaw l-Unjoni Ewropeja. Kull pajjiż għandu jkun mgħejjun, iżda ukoll kull pajjiż ikollu l-obbligu li jgħin ukoll meta dan ikun meħtieġ.

Id-deċiżjonjijiet dwar l-immigrazzjoni fil-fatt għandhom jittieħdu Brusssels. Għax ir-realta’ hi li dan m’huwiex iżjed Mare Nostrum. Fil-fatt hu tagħna lkoll

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s