Malta: Repubblika tal-Banana fil-Mediterran

The Banana Republic of Malta

Bil-mod il-mod qiegħed jidher ċar it-twemmin politiku tal-Partit Laburista ta’ Joseph.

Alfred Sant għaddielu partit li ried jittrasforma lil Malta bħala Svizzera fil-Mediterran. Joseph jidher li hu iffukat biex jittrasforma lil din ir-Repubblika bħala r-Repubblika tal-Banana fil-Mediterran. Anzi, fl-Unjoni Ewropeja.

Ir-Repubblika tal-Banana oriġinali għandha l-oriġini tagħha fl-Amerika Ċentrali u hi deskritta fil-kitba tal-awtur Amerikan O.Henry biex jiddiskrivi r-Repubblika fittizija ta’ Anchuria fil-ktieb tiegħu Cabbages and Kings, ġabra ta’ novelli ispirati mill-perjodu li hu għex fil-Honduras, maħrub mill-ġustizzja Amerikana in konnessjoni ma’ frodi ta’ bank.

Fil-politika d-deskrizzjoni Repubblika tal-Banana tfisser li fit-tmexxija tal-pajjiż l-interessi privati ta’ dawk li jmexxu u ta’ madwarhom jiġu qabel il-ġid komuni. Terminu li intuża spiss dwar diversi pajjiżi fl-Amerika Latina u Ċentrali.

Fir-Repubblika tal-Banana l-Prim Ministru jikri lilu innifsu bħala Prim Ministru l-karozza privata tiegħu stess. Kif qed jagħmel Joseph Muscat.

Fir-Repubblika tal-Banana fl-ewwel jum tas-setgħa jixkupa lil kulħadd mit-tmexxija tad-Dipartimenti tal-Gvern. Qiesu sar kolp ta’ stat. Kif għamel Joseph Muscat. Inkluż fl-Armata ta’ Malta.

Issa għandna l-aħħar waħda.

Fir-Repubblika tal-Banana meta tinqabad tmexxi Lukanda illegali bħal-Lukanda Damiani f’Buġibba qiesu ma ġara xejn. Jekk inti Direttur tal-Awtorita’ tat-Trasport  tista’ tibqa’ hemm bħala Direttur għax l-etika fit-tmexxija tal-korpi pubbliċi hi biss materja ta’ interess akkademiku.

Repubblika tal-Banana  …………….. fil-Mediterran. L-aħjar fl-Ewropa!

Advertisements

2 comments on “Malta: Repubblika tal-Banana fil-Mediterran

  1. Tista zzied xi hwejjeg ohra: 1. thallas €4.5 mijun min flus il-poplu biex tiehu lura dak li hu tal-poplu. 2. Lil min qed jisraq l-art tal-poplu tipprovdilu mezzi ahjar biex ikompli jisraq l-elettriku tal-poplu. 3. Lil min ilu snin haf jikser il-ligi tmur tiftahlu fiera ghax ser jaghti l-flus mill-parking ghal karita. Hadd fil-gvern ma ftakar kemm ilu jagmel flus minn fuq uzu ta’ art li miex tieghu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s