Fl-Armier la tisraqx l-elettriku, imma dwar l-art “jirranġawlek”

armier smart metres

 

Tajjeb għamlet il-Korporazzjoni Enemalta li ser tistalla smart meters fejn diġa’ hemm provista tal-elettriku fil-boathouses tal-Armier mibnija b’mod illegali. Il-Korporazzjoni Enemalta qed tagħti messaġġ qawwi lil kulħadd. Kemm li dawk li qed jużaw il-boathouses imma iktar u iktar lill-Gvern.

Il-Korporazzjoni Enemalta qed tgħid li mhux ser tittollera s-serq tal-elettriku. La tisraqx l-elettriku għax “bl-ismart meter ser naqbduk”, qed tgħid il-Korporazzjoni Enemalta.

Imma l-Gvern, kemm dak tal-lum immexxi minn Joseph Muscat (kif ukoll dawk tal-bieraħ immexxija minn Lawrence Gonzi u Eddie Fenech Adami) qed jagħti messaġġ differenti. Messaġġ imsaħħah b’diversi ftehim bejn l-Assoċjazzjoni tal-Boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa  u l-partiti l-kbar (jiġifieri l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista). Il-Gvern jgħinek billi jagħlaq għajnejh għas-serq ta’ art pubblika.

Mela : tisraqx l-elettriku, imma jekk trid tisraq l-art fl-Armier il-Gvern lest li jgħinek. Jekk sraqt l-art, qed jgħidlek, nirranġaw.

 

Jekk trid taqra iktar dwar dan is-suġġett f’dan il-blog aqra is-segwenti:

24 ta’ Ġunju 2008 : Il-Boathouses tal-Armier.

21 ta’ Jannar 2012: Parties in cahoots with squatters.

17 t’Awwissu 2012 :  Armier cowboys should not be rewarded.

23 t’Ottubru 2012: Pajjiż tal-cowboys: israq u tkun ippremjat.

24 t’Ottubru 2012: Il-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa: meta l-Ministru riedhom jaqgħu.

8 ta’ Jannar 2013 : Malta tagħna lkoll.

2 ta’ Frar 2013 : Armier illegalities and amnesties.

29 ta’ Ġunju 2013 : Is-skiet tal-PN dwar l-Armier.

One comment on “Fl-Armier la tisraqx l-elettriku, imma dwar l-art “jirranġawlek”

  1. Billi fl-Armier hemm hafna barakki li qed jiedu l-eletriku minn fuq meter ta’ haddiehor, ta min jistaqsi kif dawn “il-hallelin bid-doppju” ser jigu ittrattati: ser jibqghu b’xejn ghax is-Smart Meter ma jistghax jigi imbaghbas jew ser jiehdu Smart Meter ghalihom u f’dan il-kas mhux ‘tibdil’ ser isir imma installazjoni gdida.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s