L-isfida tas-silġ ………… apparti l-ħela tal-ilma

ice

Din l-isfida tas-silġ hi kollha bluha.

Li tgħin lil min jeħtieġ l-għajnuna hu għan nobbli. Li tgħin ir-riċerka biex jinstab fejqan għal mard jew għal kundizzjoni li qed tagħmel il-ħajja ta’ diversi persuni miżerabbli, huwa tajjeb ukoll.

Ħadd ma qatt jista’ jkun kontra dan.

Imma l-flus li jinġabru minn kampanja li għaddejja bħalissa favur riċerka immexxija mill-ALS  Association (Amyotrophic Lateral Sclerosis Association) huma flus li ser jintużaw f’riċerka li issir fuq l-annimali u fuq l-embrijuni (embryonic stem cell research).

Dan hu fatt li t-tejatrin ta’ dawn il-jiem ma infurmakhomx bih. U dan apparti l-ħela tal-ilma!

Għal iktar informazzjoni ara:

Pamela Anderson rejects ice bucket challenge because of ALS experiments on animals: “Mice had holes drilled into their skulls”.

US Bishops pour cold water on Ice Bucket Challenge because money could support embryonic stem cell research.

One comment on “L-isfida tas-silġ ………… apparti l-ħela tal-ilma

  1. U waqt li l-mexxejja ta pajjizna (flimkien mal-kumplament tal-poplu) jinsabu mhedija jitfghu l-ilma kiesah fuq rashom, ftit mili l-boghod minnha (anqas minn siegha ajruplan) fil-Libya qed jibda ibaqbaq kaldarun bl-ilma jghali tal-estremizmu izlamiku.

    Fil-fehma tieghi il-Prim Ministru ghandu jlaqqa l-parlament b’urgenza sabiex jiddiskuti ftehim ta difiza ma pajjiz li lest li jiddefendina f’kaz li l-“gihadisti” jiddeciedu li jibdew il “missjoni” taghhom li jizlamizzaw id-dinja.

    Malta hija l-post idejali minn fejn jistghu jibdew il-missjoni (qaddisa) taghhom.
    1-Hija pajjiz prevalentament nisrani.
    2-Hija pajjiz li m’ghandux xi armata potenti
    3-Hija pajjiz qrib.

    Quddiem theddida rejali, il-kuncett ta Helsien Shih huwa biss diskors romantiku li ma jissarraf f’xejn. Nehtiegu lil xi hadd b’sahhtu sabiex jiddefendina, f’kaz li nigu bbulijati. It-theddida issa hija rejali !

    L-idejologija tal-“Progressiv u Liberali” tista titfarrak quddiem ghajnejna fi zmien gimgha jekk ma nsibux mezz effettiv sabiex niddefenduha illum qabel ghada.

    Sadanittant nibqghu nilghabu bl-ilma kiesah fuq rasna !

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s