L-impotenza tal-Parlament u l-Imħallef Lino Farrugia Sacco

Lino Farrugia Sacco 1

Illum l-Imħallef Lino Farrugia Sacco jagħlaq snienu, 65 sena, u jirtira. Il-lum ukoll, billi l-Imħallef Lino Farrugia Sacco kien qed jiffaċċja mozzjoni Parlamentari biex jitneħħa minn Imħallef, din l-istess mozzjoni tispiċċa.

Il-kritika li l-Opposizzjoni qed tagħmel lill-Gvern hi li illum hu Jum Iswed għall-kontabilita u dan minħabba li l-Gvern ta’ Joseph Muscat qagħad jistenna li jiġu fi tmiemhom il-proċeduri legali li kien beda l-Inħallef Farrugia Sacco. Kien ovvju li dawn kien baqa’ ftit mhux ħażin biex jiġu fit-tmiem tagħhom.

L-Opposizzjoni għandha raġun tikkritika lill-Gvern għax kaxkar saqajh biex jaġixxi – għax kien ovvju li ma riedx jaġixxi. Imma bħas-soltu l-Opposizzjoni tgħid biss biċċa mill-istorja. Il-biċċa li jaqblilha.

Kien ikun aħjar kieku l-Opposizzjoni tipprova tispjega għaliex il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi ħalla għall-aħħar minuta, fi tmiem l-2012, biex iressaq il-mozzjoni għat-tneħħija tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco.

L-Imħallef Farrugia Sacco kien ilu s-snin jisfida l-Kodiċi tal-Etika tal-Imħallfin. Il-Gvern immexxi mill-PN, iżda, ma għamel xejn. Kieku l-Gvern immexxi mill-PN kien serju l-mozzjoni ressaqha snin qabel. Kieku ilna b’deċiżjoni.

Imma dan kieku l-Gvern tal-PN kien serju. Hu ovvju għal kulħadd li la Muscat ma jrid is-serjeta’ u l-anqas Gonzi ma riedha qablu ġhax anke Gonzi kaxkar saqajh.

Ma hemmx x’tagħżel bejniethom.

It-tnejn, kemm il-Partit Nazzjonalista  kif ukoll il-Partit Laburista huma responsabbli biex fil-konfront tal-akkużi li għandu l-Imħallef, il-Parlament hu impotenti.

Advertisements

One comment on “L-impotenza tal-Parlament u l-Imħallef Lino Farrugia Sacco

  1. NAQBEL PERFETTAMENT MIEGHEK. IMMA IL LIGI MHUX AL KULHADD LI STESS. ISSA LINO FARRUGIA SACCO JOQQOD IGAWDI IL PENZJONI U L IEHOR LI UKOLL KIESER IL KODICI TA ETIKA UKOLL KIEN LEWWEL WIEHED LI AMLUH IMHALLEF (ANTONIO MIZZI) PERESS LI IR-RAGEL TA MARLENE…

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s