Il-Kunsilli Lokali: qed iberraq?

localcouncils

 

X’għandu f’moħħu l-Partit Laburista dwar il-Kunsilli Lokali? Id-diffikulta li għandi huma is-sinjali konfliġġenti li qegħdin joħorġu mill-Partit Laburista.

Nibda mill-Manifest Elettorali ta’ l-aħħar elezzjoni li naħseb li għandu xi forma ta’ rabta!

Il-Manifest Elettorali Laburista jipproponi rwol ikbar għall-Kunsilli Lokali milli għandhom illum. Prinċipalment jiffoka fuq rwol ċentrali għal Kunsilli Lokali fil-qasam tal-politika soċjali, fl-aspetti kollha tagħha. Jipproponi ukoll involvement fl-ippjanar, fi proġetti dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u fiż-żamma ta’ kwalita’ fiż-żoni turistiċi. Jipproni ukoll t-tisħiħ tal-funzjonijiet eżistenti, bħar-rwol fl-istrateġija dwar l-immaniġjar tal-iskart.

Il-Labour, fil-Manifest Elettorali jipproponi rwol ukoll lokali fil-qasam tal-kultura u sport.

Hemm ukoll il-vot mas-16 li l-Labour ħadu mill-Manifest taż-Żgħażagħ ta’ Alternattiva Demorkatika fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2008. (Irrid inżid li din il-proposta hi amplifikata fil-Manifest ta’ AD għall-elezzjoni tal-2013 biex tinkludi vot ukoll fl-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali kif ukoll fl-Elezzjonijiet Ġenerali.)

Fid-dawl ta’ dan kollu bil-fors li wieħed jistaqsi x’ġara biex f’daqqa waħda hemm ħafna diskors li jindika attitudni differenti da parti tal-Partit Laburista fil-konfront tal-Kunsilli Lokali?

L-ewwel bdejna bil-proposta li jkunu posposti l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li huma ippjanati għall-2015 u l-2016. Għandna artiklu tal-Kunsillier Laburista f’Ħal-Balzan Desmond Zammit Marmara li qiegħed irewwaħ dwar jekk wara kollox għandniex bżonn il-Kunsilli Lokali.

Il-Kunsilli Lokali huma ħolqa importanti fil-proċess demokratiku fil-pajjiż. Hemm garr kontra l-Kunsilli Lokali bħalma hemm garr kontra d-Dipartimenti tal-Gvern. Dan huwa naturali għax mhux kollha jaħdmu bl-aħjar mod. Saru l-iżbalji ukoll għax mhux kull min ġie elett kien kapaċi jmexxi. Hemm uħud li jeħtieġu li jtejbu l-operat tagħhom.

Imma hu fatt rikonoxxut minn kull min hu ta’ rieda tajba illi l-pajjiż huwa ħafna aħjar bil-Kunsilli Lokali. Għamlu differenza kbira u dan billi l-lokalitajiet qed jieħdu ħsiebhom residenti eletti mill-istess lokalitajiet.

Ma hu veru xejn li n-nies għejjiet tivvota! Kieku dan hu l-każ m’għandniex rati għoljin ta’ votazzjoni.

Anke għall-Kunsilli Lokali, rata ta’ votazzjoni ta’ madwar 66% (li għal uħud f’Malta hi baxxa) hi ferm għola minn dawk li jivvutaw f’pajjiżi oħra Ewropej. Fir-realta’  n-nies f’Malta tieħu ġost tivvota.

Bħal kull ħaġa oħra l-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu imtejba. Tajjeb li jkun hemm diskussjoni dwar dan. Imma ħażin li jkun hemm minn jipprova jbagħbas il-kredenzjali demokratiċi tas-sistema tal-Gvern Lokali. Ikun tajjeb li kulħadd jitkellem ċar.

 

Advertisements

2 comments on “Il-Kunsilli Lokali: qed iberraq?

  1. Il-Partit Laburista huwa kontra KULL konsultazzjoni popolari. Din il-haga donnha li tinsab fid-DNA tal-Partit Laburista ghax hi haga li ilha fih minn kemm ili nezisti jien. (u jien illum naqbez il-50)
    Il-Partit Laburista jippreferi li ma jkollux ghalfejn ipoggi ruhu “in electoral campaign mode” daqstant ta spiss. Jippreferi li juza s-sistema ta “nidhak bik ghall 4 snin- imbaghad inbellghalek li kollox sab postu fil-hames sena”.

    Illum grazzi ghar-rovina li sab ruhu fiha l-PN tista tghid li kulhadd qed jaccetta l-probabilta kbira li l-PL x’aktarx jaghmel 2 legislaturi jiggverna.

    Imma jekk jghazel li jidhaq bil-poplu ghall darbtejn, jaf mat-tielet darba isib ruhu fejn jinsab il-PN illum.

    U bhall valzer….ikollna 2 passi l-quddiem u pass lura.

    Vot lejn it-tielet partit, jaf ibiddel din il-muzika kollha.

  2. Ma nistax nifhem ghaliex qied tiehdu din daqsekk bi kbir. Min ghand il-PL ma nistennew xejn ahjar min hekk. Jaghmel afarijiet li mhux fil-programm elettorali u ma jaghmilx dak fil-programm eletorali. Xejn gdid. Il-Passat mera tal-futur.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s