Lezzjonijiet privati …………………. dwar il-korruzzjoni

corruption.eu

 

L-Italja, pajjiż ieħor, bħal Malta, fejn kollox (jew kważi kollox) jgħaddi.

Fil-Belt ta’ Firenze ġiethom l-idea li forsi xi darba jkunu jistgħu jattakkaw l-egħruq tal-korruzzjoni. Dan ser jippruvaw jagħmluh billi jindirizzaw l-affarijiet żgħar. Meta bil-kalma tħares lejn abbużi żgħar u tindirizzhom hemm iċ-ċans li dak li jkun jiżviluppa perspettiva aħjar ta’ x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Meta l-irregolaritajiet iż-żgħar nibdew nindirizzawhom imbagħad ikun ftit inqas diffiċli li nindirizzaw l-affarijiet il-kbar.

Jekk uffiċjal pubbliku jgħin ħabib jieħu kuntratt, b’daqshekk x’ġara? Ġara ħafna, anke jekk ma jkunx hemm ħlas ta’ flus fin-nofs. Għax li ma tagħmilx dmirek hu nuqqas fil-konfront tal-uffiċċju li tokkupa.  X’inhu tajjeb u x’inhu ħażin, fl-Italja u f’Malta ukoll, qiesha biċċa lastiku li tiġġebbed kemm ikun hemm bżonn. Tant tiġġebbed li fl-aħħar ma tibqax tingħaraf għax titlef il-forma oriġinali tagħha.

Għalhekk, allura, din l-inizzjattiva tal-Belt ta’ Firenze.  Il-korruzzjoni max-xtut tal-Mediterran hi parti mill-kultura. Għandha egħruq kultant ftit fondi.  Hemm bżonn niġġieldulha b’modi ġodda. Għalhekk il-lezzjonijiet tal-privat dwar il-korruzzjoni huma idea tajba.

Tkun ħaġa tajba jekk mhux biss jattendu l-għola uffiċjali pubbliċi, iżda ukoll il-membri tal-Kabinett.

 

Ara ukoll l-artiklu fil-Guardian intitolat: Florence hosts Italy’s first anti-corruption class for public officials.

 

 

Advertisements

One comment on “Lezzjonijiet privati …………………. dwar il-korruzzjoni

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s