Id-droga: il-PN u d-dikriminalizzazzjoni

decriminalisation of drugs

 

Dal-għodu attendejt għal seminar organizzat mill-MŻPN fuq il-White Paper ippubblikata mill-Gvern dwar id-dikriminalizzazzjoni tad-droga għall-użu personali.

Kien hemm bosta interventi utli u studjati minn persuni impenjati.

Il-proposta ċentrali, kif spjegajt fl-intervent qasir tiegħi, hi biex is-soċjeta’ tibni mill-ġdid il-pontijiet mal-vittmi tad-droga. Dan billi tagħtihom l-għajnuna meta tibda tittrattahom ta’ vittmi u mhux ta’ kriminali.

Il-politika dwar id-droga, f’kull pajjiż, hi mibnija fuq 4 elementi: l-prevenzjoni, it-trattament, it-tnaqqis tal-ħsara (harm reduction) u l-kastig.

Sal-lum f’Malta iffukajna iktar fuq il-kastig. Bir-riforma proposta l-pussess sempliċi ta’ droga għall-użu personali mhux ser jibqa’ delitt u s-soċjeta’ tagħna ser tagħmel pass il-quddiem billi ma tibqax tikkunsidra lill-vittmi bħala kriminali. Dan ifisser li ser isir sforz u ser ikun possibli li jkunu dedikati iktar riżorsi biex il-vittmi tad-droga jingħataw iktar għajnuna biex minn l-iktar kmieni  jkun possibli li jgħarfu jrabbu iktar kuraġġ biex jaffrontaw il-problemi li jiffaċċjaw.

Alternattiva Demokratika taqbel ma dan u fil-fatt fil-Manifest Elettorali għall-Elezzjoni tal-2013 kienet l-unika partit politiku li poġġiet il-proposta tad-dikriminalizzazzjoni fuq l-agenda politika Maltija.

Irridu nitgħallmu mill-esperjenzi ta’ ħaddieħor. Għandna l-esperjenza tal-Portugall li 14-il sena ilu għamlu dan il-pass. Illum diġa bdew jaħsdu l-frott. In partikolari r-riċerka fil-Portugall ikkonkludiet li hemm tnaqqis sostanzjali fost iż-żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena li għamlu użu mid-droga.  Ġie rreġistrat ukoll tnaqqis sostanzjali f’mard assoċjat mat-teħid tad-droga.

Il-futur f’dan il-qasam fih possibilitajiet tajbin.

Nistennew issa x’posizzjoni ser jieħu l-PN u dan billi fid-diskors ippreparat tiegħu il-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil qagħad attent ħafna li jitkellem kontra li l-vittmi tad-droga  jintbagħtu l-ħabs. Imma fl-ebda ħin ma kien ċar dwar id-dikriminalizzazzjoni. Fil-fatt qagħad attent li ma jgħid xejn dwar dan. Ovvjament dan hu l-istil tiegħu minħabba li probabilment illi d-diskussjoni interna fil-Partit Nazzjonalista għadha għaddejja.

Jekk fil-fatt id-diskussjoni fil-PN tiġix fi tmiemha għad irridu naraw. Dak li iddeċieda l-PN fil-passat riċenti dwar id-divorzju u dwar id-drittijiet tal-persuni LGBT m’huwiex awgurju tajjeb dwar x’għandna nistennew.

Imma dak, wara kollox, li tista’ tistenna minn partit konservattiv. Nistennew u naraw.

 

Ara ukoll fuq dan il-blog: Alternattiva Demokratika Position Paper on Reform in Drug Policy

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s