L-abbuż tal-leave għall-mard

sick leave tomorrow

 

L-argument bejn l-MEA (l-Assoċjazzjoni ta’ min Iħaddem) u l-Unions dwar l-użu u l-abbuż tas-sick leave mhux wieħed ġdid.  Taħt forma jew oħra hu argument li ilna żmien nisimgħu.

Fil-waqt li hu tajjeb li jitrazzan l-abbuz mhuwiex aċċettabbli li biex dan isir ikun attakkat id-dritt tal-leave għall-mard.

L-argument li qiegħed jinġieb huwa li wieħed għandu joqgħod attent u jġib ruħu sewwa u bil-qies għax b’hekk ma jinqalgħux ċirkustanzi negattivi għal saħħitna, jew tal-inqas innaqsuhom. Ħafna hekk jagħmlu diġa’. Il-problema, bħal dejjem hi l-imġieba tal-ftit.

Min iqum b’hangover wara lejl jixrob ovvjament ikkontribwixxa direttament għall-qagħda tiegħu. Imma bl-istess argument kif tista’ titkellem dwar il-kumplikazzjonijiet ikkawżati mit-tipjip? Jew l-effetti mediċi ta’ ħabta b’karozza? Inkella  ksur ta’ għaksa waqt attivita’ sportiva?

Anke jekk nitkellmu dwar attakk tal-qalb jew dwar l-effetti mediċi tal-obesita faċilment nistgħu ngħidu li min ikollu dawn iċ-ċirkustanzi jkun xi ftit jew wisq ikkontribwixxa għalihom.

Allura meta l-MEA qed tgħid li min jikkontribwixxu għaċ-ċirkustanza medika tiegħu ma jkunx intitolat għall-leave għall-mard fir-realta’ qed tattakka l-idea innifisha tal-leave għall-mard. Għax prattikament ftit li xejn jibqa’ ċirkustanzi ta’ mard li jiġu waħedhom!

Id-diskussjoni dwar l-użu u l-abbuż tas-sick leave tajjeb li issir. Imma hemm bżonn inkunu serji u nirrispettaw ftit iktar lil xulxin!

L-abbuż xi ftit jew wisq dejjem ser ikun magħna. Imma l-anqas m’hu daqstant diffiċli li ssib tarf tal-parti l-kbira tal-abbużi. Tajjeb għaldaqstant li ma noqgħodux niddrammatizzaw l-affarijiet.

Advertisements

2 comments on “L-abbuż tal-leave għall-mard

  1. Wisq nibza li l-moviment ta’ Muscat tant tilef il-vizjoni socjalista, li hemm min qed jittanta li jaghmel kapital minn hekk biex forsi jiehu xi vantagg min dan il-moviment tieghu. u ma nehodiex bi kbira jekk jaslu ghaliex hemm il-flus li bihom wiehed jista’ jixtri l-principji, dejjem jekk hemm principji. Veru li hemm min jabbuza, kif ghidt int. Imma wiehed qisu qed jghid ara nghalqu l-hwienet tad-diverertiment sad-9.00pm biex l-impjegati ma jixorbux zejjed u ma jmorrux jorqdu tard halli l-ghada ma jkunx hemm l-ghajja biex ma jmorrux ghax xoghol. Interessant x’sa jghidu l-unions.

  2. i think this is really disrespectful of workers because i am sure that employers enjoy their weekends and holidays be they binge drinking or on a yacht in the sun whereby they can be suffering from sunstroke or all night partying and if not feeling so up to it on monday they just will not turn up for work yet their employees are expected to behave in a different manner else they are to lose their right to sick leave cause it is their own fault!! double standards if nothing else!! if the unions do not fight this battle for the workers we are back to square one regarding workers rights i think!!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s