Hu faċli li twaħħal f’Lawrence Gonzi

 

Gonzi . Busuttil

Simon Busuttil, issa,  qiegħed jipprova jiddistakka ruħu kemm jista’ jkun minn Lawrence Gonzi, skond il-Malta Today.

It-tmexxija tiegħu, qalilna, m’għandiex x’taqsam ma dik ta’ qablu (jiġifieri ta’ Gonzi).

Meta mistoqsi kif kien differenti minn ta’ qablu, Busuttil wieġeb li hu jibbaża ruħu fuq ir-raġuni. (“Busuttil said he was determined and “reason” was his biggest force.”)  Il-konklużjoni loġika li wieħed jasal għalija minn dikjarazzjoni bħal din hi li l-predeċessur ta’ Busuttil ma kienx jibbaża l-mod kif iġib ruħu fuq ir-raġuni!  Issa għax tgħid ġieli ħsibtha din dwar Lawrence Gonzi. Imma issa qed jgħidha Simon  Busuttil ukoll!

Li mhux qed jgħid Simon Busuttil hu li l-ebda mexxej ma jiddeċiedi waħdu. Id-deċiżjonijiet li ħa Lawrence Gonzi kif ukoll dawk li qiegħed jieħu u għad jieħu  Simon Busuttil jiddependu fuq il-kunsens ta’ dawk ta’ madwaru. Mhux bilfors li jgħidu iva, imma ħafna drabi importanti li l-anqas ma jgħidu le. Għax l-ebda mexxej ma jmexxi jekk ta’ madwaru jieqfulu meta jidhrilhom li għandhom jieqfulu.

Fis-siegħa tal-prova, dawk ta’ madwar Gonzi ma qalux le meta Gonzi ħa deċizjonijiet stupidi u mhux ibbażati fuq ir-raġuni! L-anqas id-delegat speċjali ta’ Lawrence Gonzi Simon Busuttil ma fetaħ ħalqu u qal le, dakinnhar.

Issa, imma, huwa faċli!

Dan iġibni għall-argument li t-tmexxija ta’ Simon Busuttil (dejjem skond Simon Busuttil) m’għandiex x’taqsam ma dik ta’ qablu. Meta wieħed iqis li Simon Busuttil (s’issa) għadu mdawwar bl-istess nies li kellu Lawrence Gonzi (neħħi lil Joe Saliba u lill-RCC) l-argument ta’ tmexxija ġdida li ma għandha x’taqsam xejn ma ta’ qabilha ftit tagħmel sens!  Anke Simon Busuttil innifsu kien delegat speċjali ta’ Gonzi. Kien ukoll il-konsulent preferut ta’ Gonzi biex jikteb il-programmi elettorali għal diversi elezzjonijiet. Fuq parir tal-konsulent l-ieħor RCC kien hemm żmien meta Gonzi ried lil Simon Busuttil Segretarju Ġenerali tal-PN sakemm kellu jitwikka b’Pawlu Borg Olivier!

Ir-realta’ hi li t-tmexxija ta’ Simon Busuttil s’issa hi l-kontinwazzjoni loġika ta’ dik ta’ Lawrence Gonzi.

Hu faċli ħafna li twaħħal kollox f’Lawrence Gonzi. Iżda tista’ titwemmen biss meta twarrab ukoll lil dawk kollha li fuqhom kien jistrieħ Gonzi. Għax il-qagħda tal-PN  illum m’hiex htija ta’ Lawrence Gonzi waħdu. Miegħu iridu jiżdiedu l-qaddejja fidili tiegħu li għadhom jiġru mas-saqajn bħala l-qaddejja fidili ta’ Simon Busuttil!

Advertisements

One comment on “Hu faċli li twaħħal f’Lawrence Gonzi

  1. Anki issa, jekk il PN jibqa fl-istess ilma stagnat, m’ghandux jehel Simon Busuttil biss.
    Is-sistema tal-ghazla tat-tmexxija hija (jew kienet) wahda intrinsikament zbaljata.

    Kienu l-istess kunsilliera, li eleggew lil Pawlu Borg Olivier, li keccew lil Franco Debono, li approvaw rapporti finanzjari ta Partit finanzjarjament fallut, li ghazlu lil Simon Busuttil bhala mexxej “gdid” tal-Partit Nazzjonalista.
    Ghalihom tigi kwazi awtomatika, li jghazlu kontinwazzjoni ta dak kollu li kien hemm qabel it-telfa goffa tal-PN. Huma kienu parti integrali minn dik it-telfa, u kieku biddlu kollox kienu jkunu qed jghatu certifikat ta “failure” anki lilhom infushom.

    L-GHAZLA TA KAP GDID, QATT MA MISSHA SARET MINN KUNSILLIERA QODMA !

    Tant hu hekk li wara li fattruha, biddlu l-istatut b’tali mod li l-kap ta wara Simon Busuttil se jkun elett wara konsultazzjoni aktar wiesgha tat-tesserati.

    L-EWWEL TGHAFFIGHA IMBAGHAD TOHLOQ STRUTTURA SABIEX MA TERGAX ISSIR TGHAFFIGA OHRA.

    Nibqa tal-fehema li Simon Busuttil huwa biss kap transitorju.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s