Is-sigriet tal-Ministru George Vella

George Vella

Segwejt il-parti l-kbira tad-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Libja fil-Parlament il-bieraħ.

Il-Gvern qed jiġi ikkritikat mill-Opposizzjoni u minn parti mill-media li żamm il-ħtif tal-Malti Martin Galea mistur.

Għamel sewwa jew għamel ħażin?

B’mod ġenerali l-Gvern għandu jkun trasparenti. Għandu jinforma mhux jaħbi. Iżda anke għal dan, f’soċjeta’ demokratika hemm l-eċċezzjonijiet.

Hawn għandna każ ta’ ħtif minn grupp terroristiku. X’gwadann kien ser ikun hemm kieku l-Gvern, ġimgħa ilu ħareġ l-aħbar li Malti ġie maħtuf? Xejn, assolutament xejn ħlief pubbliċita’ lil att ta’ terroriżmu.

Imma kien ikun għaqli kieku l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin George Vella  informa b’mod kunfidenzjali lill-Opposizzjoni dwar dan. Dan jidher li ma sarx.

Leave a comment