Beppe m’għandux idea x’inhu jgħid

budget fpp

 

Beppe Fenech Adami qed jgħid li l-Gvern għandu jikkonsidra li jkun hemm il-finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat. Alternattiva Demokratika ilha is-snin tgħid hekk u l-partit ta’ Beppe fil-Gvern sas-sena l-oħra dejjem qal  le għal dak li qalet Alternattiva Demokratika.

Beppe m’għandux idea x’inhu jgħid. Għax l-istat Malti ilu jiffinanzja lill-partiti politiċi fil-Parlament sa mill-1994. Kull sena kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista ingħataw somma flus mill-budget, ivvutata fil-budget tal-Parlament.

Fil-budget għal din is-sena, bejniethom ħadu €200,000. Kif jidher fl-estratt ta’ hawn fuq.

Dan ifissser li għall-għoxrin sena mill-1994 sal-lum ħadu €4 miljuni tondi tondi. Żewġ miljuni kull wieħed. Waħedhom.

Jiġifieri meta Beppe Fenech Adami talab li l-istat Malti jiffinanzja lill-partiti politiċi konvenjentement nesa’ li l-partit tiegħu diġa ħa żewġ miljun euro, bil-partit ta’ Owen jieħu żewġ miljuni  oħra !

Owen Bonnici wieġeb lill-Beppe u qallu le. Mhux għalissa.

Dr Owen, allura dan ifisser li immedjatament ser twaqqaf il-€200,000 li qed jieħdu kull sena il-PN u l-PL?

 

 

One comment on “Beppe m’għandux idea x’inhu jgħid

  1. …….by political groupings IN PARLIAMENT !
    X’ ma jibzghux illi jidhlilhom xi partit gdid fil-parlament !

    Insomma “at the end of the day”‘ kull gens ghandu l-mexxejja li jisthoqqlu .

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s