Nies bħal Quinton min qed jagħtihom l-arja?

Quinton Scerri

 

Il-Bord ta’ Governanza Lokali immexxi mill-Avukat Joe Mifsud għadu kif ikkonkluda investigazzjoni dwar il-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar.  Nhar it-Tlieta 8 ta’ Lulju 2014 ippubblika r-rapport bil-konklużjonijiet tiegħu.

Il-konklużjonijiet huma ta’ serjeta’ kbira u juru li għad hawn min għad m’għandux idea dwar ir-responsabbiltajiet li għandu is-Sindku u r-responsabbiltajiet li għandu s-Segretarju (jew is-Segretarja) fil-Kunsilli Lokali.

Is-Sindku hu l-politiku u flimkien mal-Kunsilliera kollha għandu l-obbligu li jfassal il-policies u jieħu d-deċiżjonijiet biex tinġieb il-quddiem il-Lokalita. Is-Segretarju/a min-naħa l-oħra m’huwiex qiegħed hemm biex jiddeċiedi iżda biex jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll biex jara li dawn id-deċiżjonijiet ikunu jaqblu ma dak li jgħidu il-liġijiet u r-regolamenti.

Ir-rapport dwar il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar iqabbadni l-bard. Li ġġib ħafna voti ma jagħtik l-ebda dritt li tikkunsidra lilek innifsek il-fuq mil-liġi. Iġġib kemm iġġib voti xorta għandek l-obbigu li timxi mar-regolamenti finanzjarji. Jekk is-Segretarju/a tal-Kunsill jiġbidlek l-attenzjoni li ċertu affarijiet ma tistax tagħmilhom ifisser li trid tieqaf u jekk ikun hemm bżonn tagħmel il-verifiki u mhux tibqa’ għaddej qiesek bulldowzer.

Mhux ta’ b’xejn li Quinton irreżenja minn Sindku u mill-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar ftit minuti wara li ħareġ ir-rapport.

Osservazzjoni f’waqtha tar-rapport dwar il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar hi din:

“Minħabba li dan l-istharriġ beda wara li sar rapport minn Partit Politiku, il-Bord iħossu fid-dmir li jindirizza lill-Partiti Politiċi dwar għażliet ta’ kandidati sabiex jikkontestaw għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Il-Partiti li jagħżlu kandidati sabiex joħroġu f’isimhom għandhom jagħmlu skrutinju aktar sever fuqhom qabel jippreżentawhom bħala kandidati tagħhom.

Ma jfissirx li għax ikollok persuna popolari ħafna kif kien f’dan il-każ, dan ikun idejali u adekwat għall-kariga ta’ Kunsillier u wisq iktar ta’ Sindku. Min jikkontesta elezzjoni għall-Kunsill Lokali għandu jkun team player u mhux jaħdem għal rasu u ‘l fuq minn dak li tipprovdi l-liġi.”

Fid-dawl ta’ dan ta’ min jistaqsi: nies bħal Quinton min qed jagħtihom l-arja?

____________________

ara ukoll fuq dan il-blog: Wara San Pawl il-Baħar u l-Munxar……………. qed iberraq f’Ħaż-Żabbar

2 comments on “Nies bħal Quinton min qed jagħtihom l-arja?

  1. Lili wkoll iqabbadni l-bard, ir-rapport tal-Bord tal-Governanza. Iqabbadni l-bard bil-hmerijiet li fih, bl-insult lejn in-nies ta’ Haz-Zabbar u bir-riha ta’ fih li dan il-Bord ikkonkluda qabel beda jinvestiga.
    Carmel, per ezempju, ma toghkrokx ghajnejk l-insistenza li Ronnie Pellegrini jibqa parti mill-bord minkejja talba ta’ rikuza?
    Ma jhassbikx hazin il-fatt li numru ta’ kunsillieri abbandunaw il-kunsill lokali f’dawn l-ahhar xhur ghax ma hadux li riedu?
    Smajtha l-qanpiena l-ohra?

    • Il-Bord tal-Governanza qiegħed hemm biex jisma’ l-qniepen kollha.
      X’għamel u x’m’għamilx Ronnie Pellegrini ma nafx. Imma jekk għamel dak li m’għandux jagħmel dejjem hemm ir-rimedji. Min għandu ilment kontra tiegħu għandu l-liberta’ li jieħu l-passi li jidhirlu meħtieġa.
      Għax anke fil-Kunsilli Lokali hemm ħtieġa tal-ordni u l-imġieba xierqa. Kwantita’ kbira ta’ voti f’elezzjoni ma jagħtu lil ħadd id-dritt li jkun il-fuq mil-liġi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s