Ir-ritratt ta’ hawn fuq juri avviż li deher il-bieraħ fil-Gazzetta tal-Gvern. Dan hu l-avviż ippubblikat mir-Registratur tal-Qorti Kostituzzjonali. F’dan l-avviż qed jingħad li l-Qorti Kostituzzjonali ġiet infurmata mill-Kummissjoni Elettorali illi irċiviet talba iffirmata minn numru ta’ votanti biex isir referendum abrogattiv. Din it-talba, tkompli tgħid il-Kummissjoni Elettorali hi biex jitħassru r-regolamenti imsejħa Regolamenti dwar qafas biex tiġi permessa Deroga biex tiftaħ l-istaġun għall-kaċċa tal-gamiem u s-summien fir-Rebbiegħa (Avviż Legali 221 tal-2010).
Il-firem li kienu qed isostnu it-talba, tkompli tgħid il-Kummissjoni Elettorali ġew ivverifikati u jammontaw għal 41,494.
Il-numru minimu ta’ firem li kienu meħtieġa kien ta’ 10% ta’ dawk li kellhom id-dritt għall-vot meta saret it-talba, u ċjoe 33,418. Jiġifieri hemm 8,078 firem iktar milli kien meħtieġ.
Bosta qed jistaqsu: issa x’imiss isir?
Il-pass li jmiss hu li matul it-tlett xhur li ġejjin kull votant jista’ jippreżenta oġġezzjoni quddiem il-Qorti Kostituzzjonali li fiha jispjega għaliex fil-fehma tiegħu jew tagħha dan ir-referendum abrogattiv m’għandux isir.
Wara li jsiru dawn l-oġġezzjonijiet dawn jiġu imwieġba mill-promuturi tar-referendum abrogattiv, u imbagħad il-Qorti Kostituzzjonali tagħti deċiżjoni dwar l-oġġezzjonijiet .
Fl-aħħar, probabbilment fix-xahar ta’ Diċembru li ġej, il-Qorti tagħti deċiżjoni, kif ukoll jekk tkun sodisfatta li t-talba hi skond il-liġi tordna li isir ir-referendum abrogattiv.
Hekk kif il-Qorti Kostituzzjonali tordna li jsir ir-referendum abrogattiv dan ikun irid isir bejn tlett xhur u sitt xhur mill-ordni tal-Qorti.
Il-fatt li l-proċess tar-referendum abrogattiv wasal sa dan l-istadju hu ċelebrazzjoni tad-demokrazija f’pajjiżna. Għax għall-ewwel darba fl-istorja politika ta’ Malta huma l-votanti li qed imexxu l-quddiem talba dwar x’għandu jsir.
Wieħed jittama li l-Gvern jew aħjar il-Parlament ma jbiddilx ir-regoli issa kif kien isir fis-snin 80. Ċertu kummenti ta’ Michael Falzon xejn ma għoġbuni.
Jew kif sar fis-sena 70 meta l-ligi elettorali tbiddlett biex numru ta’ distretti saru b’sitt rapprezentanti u ohrajn b’hamsa.
Nisperaw ukoll illi l-poplu jaccetta d-decizjoni tal-Kostitizzjoni u mhux jaghmel bhal ma ghamel il-PN fl-1981.
Ktibt dan ghax hawn min ghadu/a jghix fil-passat u ghadu/a ma ntebahx/hitx bil-bidla.
Habib ma nafekx. Imma l-problema hi li hadd ghadu ma ntebah bil-bidla minhabba li kienet restritta biss ghall-ucuh u mhux ghall-mentalita’ ta’ dawk li jmexxu.