Jekk trid il-bidla trid tivvota għaliha

 

 

decriminalisation of drugs

 

iNews il-bieraħ irrapporta li huma biss 14% tal-Maltin li jaqblu mad-dikriminalizzazzjoni tad-droga għall-użu personali. iNews kienu qed jirrappurtaw studju tal-Eurobarometer għall-Kummissjoni Ewropeja fl-okkazjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-Abbuż mid-Droga.

14% biss.

Alternattiva Demokratika hu l-uniku partit politiku li fl-elezzjoni ġenerali tal-2013 kellu programm elettorali li tkellem b’mod ċar favur id-dikriminalizzazzjoni tad-droga għall-użu personali.

La l-Partit Nazzjonalista u l-anqas il-Partit Laburista ma għamlu dan.  Mhux biss. Iżda kull meta kelliema ta’ Alternattiva Demokratika irreferew għad-dikriminalizzazzjoni tad-droga, dawn kien jevitaw li jwieġbu u ġeneralment kienu jitkellmu fuq xi ħaġa oħra.

Fil-fatt fil-Manifest Elettorali tal-AD, fil-Kapitlu 3, intitolat L-Alkohol u drogi oħra jingħad hekk:

Għandna naħdmu sabiex tonqos il-pressjoni li twassal persuni sabiex jirrikorru għad-drogi kemm dawk legali u dawk illegali. Għalina d-droga mhix biss problema ta’ liġi u ordni iżda hi prinċipalment problema li għandha għeruq soċjali fondi. Fil-fatt l-alkoħol, il-kalmanti u s-sigaretti, minkejja li huma legali, joħolqu dipendenza u problemi b’implikazzjonijiet soċjali serji.

L-użu personali tad-drogi għandu jigi dekriminalizzat. Vittmi tad-droga għandhom jitqiesu bħala nies li jeħtieġu għajnuna, u mhux bħala kriminali. Fl-istess ħin, dekriminalizzazzjoni tiżgura wkoll li dawk li jużaw id-drogi għal skop rikreattiv, inkluż dawk li jikkultivaw id-drogi ħfief għall-użu personali, ma jigux kriminalizzati minħabba l-mod ta’ għixien tagħhom.”

Il-parti l-kbira ta’ l-14% tal-votanti Maltin li jaqblu mad-dikriminalizzazzjoni tad-droga għall-użu personali għażlu li ma jivvutawx għal AD, għax AD ġiebet 1.8% tal-voti. 12.2% tal-votanti Maltin tilfu opportunita tad-deheb li jkunu rappreżentati minn partit politiku li jaqbel magħhom.

Il-vot tagħhom mhux biss kien jiswa’ iżda kien jagħmel id-differenza għax 14% tal-voti kienu jissarfu f’bejn wieħed u ieħor 10 siġġijiet Parlamentari. U meta tqis li d-differenza bejn il-Gvern u l-Opposizzjoni fil-Parlament illum hi ta’ 9 siġġijiet, altru li kien ikun hemm differenza.

L-14% li jaqblu mad-dikriminalizzazzjoni tad-droga għall-użu personali tilfu opportunita’ tad-deheb.

Hu l-mument li kulħadd jaħseb ftit. Jekk trid il-bidla trid tivvota għaliha. Ma sseħħ l-ebda bidla mingħajr il-vot tiegħek.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s