It-turiżmu: benefiċċji biss?

Malta Tourism Authority

 

Illum it-Tnejn, fil-Parlament ġew diskussi l-estimi tad-dħul u l-ħruġ tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu.

Bħalma aħna mdorrijin nisimgħu, sena wara l-oħra, smajna fuq records ta’ numri ta’ turisti li żaru Malta.  Matul l-2013, qalilna Edward Żammit Lewis, Ministru tat-Turiżmu, ġew f’Malta 1,500,000 turist, żieda ta’ 9.6% fuq l-2012. Dan kien ifisser nefqa ta’ biljun euro f’Malta. Dħul tajjeb għal Malta li jsostni eluf ta’ impiegi.

Ikun tajjeb ukoll iżda jekk f’diskussjoni ta’ din ix-xorta napprezzaw ukoll li t-turiżmu għandu impatt mhux żgħir fuq l-ambjent. Ras għal ras kull turist għandu impatt ambjentali 50% iktar minn residenti permanenti f’Malta.

Dan l-impatt ifisser li ras għal ras turist jikkonsma iktar ilma u iktar elettriku kuljum. Ifisser ukoll li jiġġenera iktar skart u iktar tniġġis. Ħuwa important li jsir sforz ikbar milli sar s’issa biex dan l-impatt jonqos.

Huwa xieraq li nirrikonoxxu li diġa saru sforzi kbar. Anke mil-lukandi infushom. Permezz tal-Malta Business Bureau u b’għajnuna mill-Unjoni Ewropeja qed jiġi indirizzat il-konsum tal-ilma. Bosta lukandi ħadu jew qed jieħdu passi. Diversi diġa naqqsu b’mod mhux żgħir il-konsum tagħhom tal-ilma. Tajjeb, għax b’inqas konsum ta’ ilma mill-industrija tat-turiżmu żdied il-qliegħ tal-industrija u tnaqqas impatt ambjentali.

 

Hemm bżonn inżidu l-isforz, mhux biss dwar l-ilma, iżda dwar l-oqsma l-oħra kollha ta’ impatti ambjentali.

Advertisements

2 comments on “It-turiżmu: benefiċċji biss?

  1. Meta nitkellmu fuq turizmu nitkellmu biss fuq it-tip ta’ turizmu aktarx marbut mal-bahar u s-sajf. Nahseb li wasal iz-zmien li nibdew nuru l-kampanja taghna fix-xitwa li tista’ tkun ta’ attrazzjoni ghal min huwa interessat fil-mixi, u l-hajja rurali.

    Naturalment l-akbar problema tkun il-kacca. Izda ghandna naghtu importanza lill-hajja tar-rahal taghna. Sfortunatament ftit li xejn naraw reklami dwar dan.

    Il-Kunsill tan-Nadur kien beda jiehu n-nies ghand il-bdiewa u jaqtghu sa tmien laringiet kull persuna. Ma nafx ghadhiex issir.

    Ta’ min isemmi li fl-2007 ezatt wara li Sarkozy rebah l-elezzjoni, huwa kien ghamel tlitt ijiem fuq jott gewwa Xrobb l-Ghagin, sa kien jinzel jigri qalb l-ghelieqi f’Dellimara.

    Donnu li ftit hemm interess ghal dan it-tip ta’ Turizmu marbut max-Xitwa.

  2. For some years FoE has been pressing for a proper study of the impacts of tourism on the provision of essential service and on the environment in general. Nothing serious or comprehensive has ever been done. Tales of “improvements” by specific establishments are all very well but until they are accompanied by the overall impact of the establishment and that put in context of the overall sector impact, one cannot reach solid conclusions. The perennial excuse is that some or all of the information is “commercially sensitive”, which is to say that the public has no right to know what its taxes are being asked to provide by private enterprise.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s