Fil-Port Ħieles ……………. issa x’imiss?

freeport.aerial viw

 

Kienet aħbar tajba dal-għodu li l-permess ambjentali tal-Port Ħieles inbidel biex ġie kif kien qabel ma ħolmu bit-tiswija tal-oil rigs u l-vapuri.

Il-MEPA ġimgħat ilu ħadu d-deċiżjoni li jpoġġu l-vantaġġ kummerċjali tal-Port Ħieles qabel dak li xtaqu r-residenti. Hekk iddeċidew. Ippruvaw ukoll kważi jgħadduna biż-żmien waqt il-laqgħa tal-Bord tal-MEPA meta l-każ kien qed jiġi ikkunsidrat.

Tlett membri tal-Bord tal-MEPA dakinnhar fehmu lin-nies u ivvutaw kontra l-permess ambjentali li kien jippermetti t-tiswijiet tal-oil rigs u l-vapuri. Insellmilhom. Lil Alex Vella mir-Ramblers li jwassal fuq il-Bord tal-MEPA il-leħen tal-għaqdiet ambjentali. Lil Ryan Callus (PN) u Joe Sammut (PL) li ukoll taw l-appoġġ tagħhom lir-residenti ta’ Birżebbuġa.

Ankè Joseph Muscat, Prim Ministru, dakinnhar kien iddikjara li d-deċiżjoni tal-Bord tal-MEPA ma kienitx aċċettabbli. Muscat, dakinnhar kien assoċja ruħu mal-posizzjoni li kien ħa Joe Sammut, membru Parlamentari Laburista fuq il-Bord tal-MEPA li kien ivvota kontra l-permess.

U issa?

Tajjeb li nirrejalizzaw li l-permess ġie irtirat fuq talba tal-Port Ħieles stess li irrealizza li ma setax jibqa’ jaħdem kontra l-volonta tar-residenti.

Jiġifieri l-MEPA m’għandha l-ebda mertu f’dak li qed jiġri. Li kien għal MEPA l-permess għadu hemm kif iddeċidew oriġinalment.

Jiena m’hu ser nitlob ir-riżenja ta’ ħadd. Billi m’għandhomx żejt f’wiċċhom, għalxejn nitlob li jirreżenjaw. Imma hu xieraq li l-Gvern jeżamina ftit x’tip ta’nies qed jaħtar fuq il-Bordijiet. Dan hu eżempju ċar li l-membri tal-Bord tal-MEPA, bl-eċċezzjoni ta’ Falzon, Callus u Sammut jiġu jaqgħu u jqumu min-nies. Tajjeb li jibqgħu jinħatru dawn it-tip ta’ nies? Naħseb li le. Iktar ma jwarrbu malajr, aħjar għal kulħadd.

_______________

Biex tara l-istorja kollha kif żviluppat ara l-blogposts segwenti fuq dan il-blog:

4 t’April 2014: Tarżna żgħira f’Birżebbuġa.

5 t’April 2014 : Oil rigs f’Birżebbuġa: Gvern li jipprova jgħaddik biż-żmien.

1 ta’ Mejju 2014: It-Tarżna fil-Port Ħieles.

Advertisements

One comment on “Fil-Port Ħieles ……………. issa x’imiss?

  1. Perit, j’Alla l-Prim Ministru jagixxi fuq il-parir professjonali u genwin tieghek. Hemm bzonn li nies inefficjenti, [bicca maqtugha ghax libelluza] jitnehhew minn Bords governattiva immedjatament. Kif tispjega li fuq il-Bord tal-Mepa hemm Avukati li certament ma jifhmu xejn f’dawk li huma policies, bzonnijiet ambjentali?
    Jista Avukat jew Avukata titlaq bil-girja mill-Qorti sabiex j/tattendi fuq il-Bord tal-Mepa? Ghax dak li qieghed isehh. U imbaghad huwa l-Gvern li jigi kritikat ghall-izbalji li jsiru….
    Hemm bzonn li Dr. Muscat u l-Gvern prezenti jifhmu li l-inefficenza trid titnehha u dan jista’ jsir biss jekk jintghazlu nies professjonali u bi principji sodi fuq il-Bords – u dan jghodd b’mod partikulari ghall-Awtorita dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s