L-Onorevoli George Pullicino fil-Parlament din il-ġimgħa tkellem dwar l-estimi tal-Enemalta.
Qalilna li l-istorja tal-meters imbagħbsa hi konfoffa ta’ Laburisti, kollha (jew kważi) qraba ta’ xulxin u li kellhom l-intenzjoni unika illi jagħmlu ħsara lill-Korporazzjoni Enemalta fi żmien l-amministrazzjoni ta’ Lawrence Gonzi.
Interessanti ħafna dan il-kumment tal-Onorevoli Pullicino.
Imma ngħid jien, dak iż-żmien ma kienx hemm regolatur? U dan ir-regolatur x’kien qed jagħmel biex ma ndunax b’dawn il-konfoffi?
Ir-regolatur li kien hemm (u għadu hemm sal-lum) hu l-MRA (Malta Resources Authority). Politikament responsabbli matul il-perjodu 2008-13 għal dan ir-regolatur “indipendenti” kien l-Onorevoli Pullicino.
Issa li Pullicino hu daqshekk ċert dwar x’ġara, ikun ħafna interessanti kieku xi ħadd jispjega kif dan ir-regolatur ma ndunax b’din il-konfoffa, imma Pullicino jidher li jaf!