Trab u storbju: fis-sajf le, fix-xitwa iva?

excavation works

Il-MEPA u l-Awtorita’ tat-Turiżmu ippubblikaw lista twila ta’ toroq f’lokalitajiet fejn matul is-sajf ma jistgħux isiru xogħolijiet ta’ twaqqiegħ ta’ bini jew skavar. Dan jgħodd bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru.

It-toroq huma fil-lokalitajiet segwenti: Birżebbuġa, l-Gżira, l-Birgu, Bormla, l-Isla, Marsaskala, Marsaxlokk, il-Mellieħa (inkluż Selmun), l-Mdina, ir-Rabat, Ta’ Qali, Tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi, San Pawl il-Baħar, il-Qrendi, Wied iż-Żurrieq, il-Belt Valletta, Floriana, Kemmuna, Għajnsielem, Marsalforn, l-Imġarr Għawdex, ir-Ramla l-Ħamra, San Lawrenz, Victoria, ix-Xagħra w ix-Xlendi.

Il-lista dettaljata tat-toroq issibuha fuq is-sit elettroniku tal-MEPA : hawn .

 

Il-mistoqsija loġika hi “għaliex” qiegħed isir dan?

It-tweġiba hi, biex ma ngerrxux lit-turisti. Biex ma ndejjquhomx. Għax l-istorbju u t-trab hu inkonvenjent għat-turist. Dan hu veru. Imma għal Maltin m’huwiex inkonvenjent ukoll? Mhux biss bejn Ġunju u Settembru, imma matul is-sena kollha.

Il-mod kif qed jaġixxu l-MEPA u l-Awtorita’ tat-Turiżmu jfisser li filwaqt li l-inkonvenjent m’huwiex aċċettabbli għat-turisti, fejn jidħlu l-Maltin, ma jimpurtax. Bħal dak li qallu li t-trab u l-istorbju fis-sajf mhuwiex aċċettabbli imma matul il-bqija tas-sena jgħaddi!

Kien ikun ħafna aħjar kieku nieħdu l-affarijiet b’daqsxejn iktar serjeta. Il-punt tat-tluq irid ikun li l-inkonvenjent hu għal kulħadd (Maltin u turisti) u meta jsir it-twaqqiegħ ta’ bini jew skavar għandu jsir b’tali mod li jieħu l-inqas ħin u possibilment ma jdejjaq lil ħadd.

Diffiċli dan?

ippubblikat fuq iNews it-Tlieta 10 ta’ Ġunju 2014

Advertisements

One comment on “Trab u storbju: fis-sajf le, fix-xitwa iva?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s