Il-bieraħ fil-Parlament, waqt l-aġġornament, it-Tabib Godfrey Farrugia li sa ftit ilu kien Ministru tas-Saħħa għamel diskors importanti dwar l-użu mediku tal-ħaxix – il-kannabis.
Id-diskors tiegħu ġie riprodott fl-Independent u iNews .
Nieħu pjaċir li t-Tabib Farrugia ħareġ b’dawn l-ideat. Ideat li jisfidaw il-preġudizzji u l-kontroversja.
Huwa tajjeb iżda li nfakkar li fil-programm elettorali ta’ Alternattiva Demokratika għall-elezzjoni ġenerali tal-2013 hemm preċiżament din l-istess proposta li għamel it-Tabib Farrugia.
“L-użu tal-kannabis għal raġunijiet mediċi għandu jkun regolarizzat.” [ara Manifest AD Kapitlu 3, intitolat Alkoħol u Drogi oħra]
Id-diskussjoni dwar id-drogi għandha tibda issir bis-serjeta’ f’dan il-pajjiż. Huwa verament ħasra li Alternattiva Demokratika biss, fost il-partiti politiċi fittxet li tagħmel dan. Id-diskors ta’ Godfrey Farrugia huwa xhieda li dan hu possibli li jsir. Kemm dwar l-użu mediku tal-ħaxixa kif ukoll dwar il-ħtieġa urġenti ta’ programm ta’ dikriminalizzazzjoni tad-droga għal użu personali. Hemm ħafna x’nitgħallmu minn dak li għamlu pajjiżi oħra.
Mill-ġdid, prosit Godfrey.
1 – Rigward id-dekriminalizzazzjoni tal-haxixa, kien hemm kumment interessanti hafna mill wiehed mill kbarat tal-pulizija fl-Italia. Dan qal, “kif nistghu naslu biex arrestaw lil bejjiegh, jekk mhux permezz tal-informazzjoni minghand il-konsumatur ?”Huwa tenna li bil-ligi tad-dekriminalizzazzjoni tal-pussess tad-droga il-pulizija se ssibha ferm itqal sabiex tasal ghand il-“pusher”. Inhoss li ghandu punt validissimu.
2- L-uzu tal-konsum tal-kannabis ghal ragunijiet medici m’huwiex xi haga hazina, galadarba jkun hemm rakkonandazzjoni minn tabib. IMMA ANKI L-ASTENZJONI MIX-XOGHOL MINHABBA MARD MHIX HAGA HAZINA META TKUN RAKKOMANDATA MINNGHAND TABIB. Madankollu m’hawnx persuna gewwa Malta li ma tafx li jeziztu tobba li johorgu certifikati qishom qed iqassmu l-pastizzi. Tahseb li dawn l-istess tobba se jhossuhom skomdi johorgu ic-certifikat “fazull” li jkun imiss ?
F’sitwazzjoni idejali u utopistici kollox jista jkun tajjeb (bhal beneficcju tas-single mothers) imma fid-dinja rejali, il-hajja hi ferm differenti, u jekk tbexxaq ftit il-bieb, ikun hemm min jipprova jdahhallek iljunfant.
L-uzu tan-narkotici huwa komuni fil-medicina. Fi zmieni konna nuzaw hafna il-cocaine, specjalment fil-kazijiet terminali tal-kancer (vide Bropton’s Cocktail). Huwa l-abbuz tan-narkotici li huwa hazin, bhal ma huwa hazin f’kollox. Il-Cannabis fil-medicina tintuza bhala pilloli jew likwidu u mhux bhala sigarett. Allura m’huwiex difficli li tigi kontrollata bhal ma jigu kkontrollati medicini narkotici u psikotropici ohra (methadone, Diazepam, Nitrazam, etc).
Insejt nghid li il-ligijiet jikkontrollaw anke t-tobba u spizjara li jabbuzaw minn preskrizzjonijiet zejda ta narkotici u psikotropici.
Reblogged this on 4:20 Smokers Blog.